Salm 36

Il-Ħażen tal-midneb u t-tjieba ta’ Alla

Kemm hi gћażiża l-imћabba tiegћek, o Alla!

Komposizzjoni qasira li hi mużajk ta’ l-umanità mћassra u innoċenti, li taf tћobb kif ukoll tobgћod, ћalqha mimli tifћir jew saћta. Maġenb il-malizzja profonda ssib t-tjubija bla qjies ta’ Alla, ћdejn l-gћajta ta’ disprezz tal-midneb toqgћod il-karba tal-ġust mitluq gћal kollox f’Alla li gћalih hu gћajn ta’ ilma li jaqta’ l-gћatx u dawl li jdawwal. Mit-ton sapjenzali ta’ vv 2-5 jgћaddi gћal innu vv 6-11 u jagћlaq b’talba vv 12-13.

Il-ћażen tal-bniedem ateu, u l-malizzja tal-bniedem, ma jistgћu qatt jgћattu gћal kollox it-tjubija ta’ Alla. U bћas-salmi 49 u 73 u oћrajn, wara kliem ta’ pessimiżmu, wara ћajja f’art il-mejtin, il-bniedem jistrieћ fil-kwiet tal-ћsieb ta’ Alla u tal-fidi. Gћerf, karba, innu u djalogu jitћalltu, jsiru gћajta mill-qalb li turi r-realiżmu u l-ferћ ta’ min jemmen.

Hu gћalhekk diffiċli tgћid x’inhi l-forma letterarja tas-salm : Mit-ton sapjenzali ta’ vv 2-5 jgћaddi gћal innu f’versi 6-11 u gћat-talba ta’ l-aћћar vv 12-13. Il-vv 2-5 gћandhom ton sapjenzali, fit-tielet persuna, oraklu tal-ћażin u wara jiġi innu lit-tjieba ta’ Alla fit-tieni persuna. F’vers 11 jagћlaq l-innu u l-aћћar żewġ versi, 12-13, huma talba: it-theddida tal-ћażin gћaddiet u Alla daћal bћala ћellies biex isalva.

Vv 2-5, il-ћażen tal-bniedem bla Alla, li fis-sens bibliku hu dak li, lil Alla ma jarah imkien, ifakkruk fil-kliem ta’ Ġesù fi Ġw. 8, 43-44: "Gћax intom kelmti ma tifilћux gћaliha. Intom ġejjin minn missierkom, li hu x-Xitan, u x-xewqat ta’ missierkom tridu tagћmlu. U dan kien qattiel sa mill-bidu, u qatt ma żamm mal-verità, gћax il-verità ma tinsabx fih. Meta jigdeb, ikun qiegћed jgћid jitkellem ta’ li hu, gћax dak giddieb u missier il-gideb”.

Vv 6-11 huma innu lill-ġustizzja ta’ Alla b’litanija sabiћa ta’ attributi divini: tjieba, fedeltа, ġustizzja, kenn, u salvazzjoni…

Vv 12-13 Tama u ċertezza li Alla se jidћol biex isalvah.

Simboli.

Jekk l-ewwel parti hi sapjenzali, it-tieni hi gћanja fis-simboli: spazjali jew kosmiċi. Hawn insibu n-numru erbgћa – simbolu ta’ milja u perfezzjoni – bћall-erba’ virtujiet kardinali. Dawn huma l-erba’ attributi ta’ Alla, tjieba (hesed), fidil gћall-aћћar (emunah), ġustizzja li ssalva (sedaqah) u ћaqq fis-sewwa (mispat). Erbgћa wkoll huma s-simboli kosmiċi; smewwiet, sћab, gћoljiet u abissi.

L-erba’ simboli kosmiċi jgћaqqdu s-sema u l-abissi (vv 6-7), fus vertikali jew it-traxxendenza ta’ Alla fejn is-sema u s-sћab huma l-gћamara ta’ Alla infinit. “L-gћoljiet ta’ Alla” , “l-gћoljiet l-aktar gћolja” jfissru “El Xaddaj”, Min jgћammar fuq l-gћoljiet . Hu Alla sod, l-eternitа. Il-punt oppost hu l-abissi , simbolu tal-kaos, tax-xejn: hu wkoll ix-Xeol, gћamara tal-mewt u l-mejtin. Alla infinit hu lil hinn minn dan kollu. “Bnedmin u bhejjem” v 7, hi l-ћajja kollha. San Pawl jitkellem mill-imћabba ta’ Alla li taћkem kollox (Ef. 3, 18) f’termini ta’ fus b’erba’ punti anke orizzontali.

Hemm ukoll is-simbolu ta’ l-abbundanza “jixbgћu bil-ġid” v 9, kwalitа u kwantità.

Ifakkrek fil-grass, jew metafora użata fis-sagrifiċċji tal-komunità fejn il-grass hu s-sehem ta’ Alla li kien joqgћod fuq il-mejda mal-mistednin. (Lev. 3, 16-17). Din il-metafora liturġika gћaddiet biex tfisser ospitalitа, xi ћadd li jgћix fil-ġid. Hemm ukoll ilma bix-xaba’: “ix-xmara ta’ l-hena” jista’ jirreferi gћal Eżekjel fid-dehra tat-tempju (47, 1-12), ilma li jaqta’ l-gћatx tal-bniedem, żmien il-Messija. Insibu wkoll id-dawl, espressjoni ta’ ћajja u ferћ, permezz tiegћu wieћed jidћol fil-milja ta’ l-gћaqda ma’ Alla, li hu dawl. Ifisser ukoll li wieћed jidћol fil-presenza ta’ Alla biex jieћu tweġiba tajba.

Fuq kollox is-simbolu ta’ l-intimità (hasah) kenn v 8 imsaћћa bid-dell u ġwenћajn.

Hi xhieha ta’ l-omm kif ukoll tas-sagru. Ġerusalemm u l-blata huma kenn żgur gћall-fqajjar, u Alla li “fuq il-kerubini rikeb u tar” (S 18, 11) iћares lil min ifittex il-kenn u joffrilu ferћ u hena. Ir-riferenza gћat-tempju tissaћћaћ bir-“riġel tal-kburi” li qatt mhu se jirfes l-innoċenti, imma se jkun l-innoċenti li jirbaћ fuq il-ћażin.

Eseġeżi

L-ateiżmu bibliku hu ta’ tip prattiku: l-ateu jemmen li Alla ma jidћolx fl-istorja la tal-bniedem u anqas f’tad-dinja, hekk li hu jista’ jagћmel dak li jrid gћax Alla magћluq gћalih fis-sema (S 10, 4) ma jimpurtahx u ma jindaћalx b’mod li jista’ jagћmel dak li hu ћażin.

Kif jgћid Jacquet, “Min jidra d-dnub jasal gћall-apostasija u ċ-ċaћda tal-liġi, joqtol il-kuxjenza u kull sens ta’ moralitа. Mitluq gћall-ћażen, il-midneb ma jkunx kapaċi jagћmel ћlief il-ћażin, ebda każ ma jagћti ta’ Alla, ebda tajjeb ma jagћmel ma’ gћajru. Ħsiebu biss f’dak li hu ћażin... ebda sens ta’ mġieba tajba.” Hu r-ritratt tal-ћażin (rasa’) tal-Proverbji, dak li jagћżel li jkun kontra Alla.

V 2 it-test ebrajk jaqra, ‘oraklu tad-dnub’: oraklu gћandu x’jaqsam mal-profeti, ma’ Alla, ir-rieda ta’ Alla. Flok l-oraklu ta’ salvazzjoni, il-ћażin gћandu l-oraklu tax-xitan, tad-dnub li fih il-ћażen hu personifikat. Hi espressjoni oriġinali ћafna li tgћid li l-ћażin gћażel li jaqdi lil dan is-sinjur terribbli. Is-semita jifhem fil-konkret il-ћażen inkarnat. Il-bluha, id-dnub “isejjaћ lil min ikun gћaddej hu u sejjer dritt gћal triqtu: min hu belhieni jidћol hawn” (Prov. 9, 15-16). Kif hemm kelma ta’ JHWH, teżisti kelma Ħażina (pesa’).

L-ateu m’gћandux “biża’ ta’ Alla quddiem gћajnejh” v 2b. Min jiċћad lil Alla jiċћad il-morali: il-fus vertikali jitlob dak orizzontali, jekk tiċћad lil Alla, tiċћad lill-bniedem. Min jiċћad lil Alla, ma jsibx fih innifsu ћtija x’jistmell v 3, gћax sar gћalih innifsu idolu tiegћu innifsu. Ġesщ wara l-fejqan ta’ l-gћama jgћid: “Li kieku kontu gћomja, ma kontux tkunu ћatja ta’ dnub. Imma issa qegћdin tgћidu, ‘aћna naraw’. Mela d-dnub tagћkom gћadu fuqkom.” (Ġw. 9, 41)

V 4 Il-kelma tidћol ukoll f’dan il-kwadru ta’ l-ateu, billi din tiġbor fiha kull relazzjoni inter-personali. Kliem il-ћażin ‘qerq u gideb’, jew idolatrija (idolu hu ‘xejn’). Mhux kapaċi jkollu relazzjoni ma’ ћadd, hu bћal ‘bhima’, bla gћaqal, hu ‘hadal’, gћax iddisprezza lil Alla, il-blata tas-salvazzjoni (Is. 6, 10). Mhux kapaċi jagћmel dak li hu tajjeb, fi ftit kliem, mhux aktar bniedem. Id-destin tal-midneb hu vojt u baxx bћar-realtа li jqim u l-materja li hu mdawwar biha u minnha jiekol u biha jixba’.

V 5. Hekk kif il-ġust,“it-torah hi gћal qalbu” (S 37, 31), il-ћażen ibejjet u jifrex gћeruqu fil-bniedem ћażin u ssir fih it-tieni natura. Is-sodda jew il-mitraћ li fuqhom jimtedd u jaћseb il-ћażin, huma simbolu mhux biss kronoloġiku, tal-lejl u d-dlam, imma wkoll psikoloġiku, tal-ћsibijiet l-aktar sigrieti. Mikea 2, 1 jgћid:

"Ħażin gћalihom dawk li jfasslu l-ћsara,

dawk li jsawwru d-deni fuq soddithom!

U jagћmluh mas-sebћ filgћodu,

Gћax idejhom gћandhom is-setgћa.”

V 5b. Triq jew ћajja mogћtija gћall-ћażen. “Jaqaw jekk xi ћadd jaqa’, ma jerġax iqum? Jew jekk jitlef triqtu, ma jerġax lura? Gћaliex mela dan il-poplu ntilef b’telfa gћal dejjem? Żammew sћiћ fil-qerq, ma jridux jerġgћu lura?” Ġer. 8, 4-5). Il-ћażin iwebbes rasu u dan ma jћallihx jikkonverti. Hi sezzjoni morra li Pawlu jikkwota minn v 2b fl-ittra lir-Rumani 3, 17-18 “it-triq tas-sliem ma jafuhiex: quddiem gћajnejhom biża’ ta’ Alla m’hemmx".

Vv 6-11 hawn bidla fl-istil u daћla fil-misteru ta’ l-imћabba ta’ Alla – gћajn ta’ tama u salvazzjoni gћal ‘bnedmin u bhejjem’. Kif ikanta salm 89 :

"Fuq id-dritt u l-ġustizzja mibni t-tron tiegћek;

tjieba u fedeltà jgћaddu quddiemek" v 15.

Huma termini tat-teoloġija biblika u ta’ l-alleanza li gћal darb’oћra se nfissru:

Hesed, (tjieba, mћabba ta’ Alla) tidher 245 darba fil-Bibbja, fil-kuntest tal-patt li Alla gћamel mal-poplu “inkun Alla tiegћek, tkun il-poplu tiegћi”. Turi gћalhekk l-atteġġament ta’ Alla kollu tjieba, grazzja, ћlewwa, mogћdrija u fedeltа lejn il-fidili tiegћu. Tingћaqad ma’ attributi oћra biex tfisser ћafna modi kif Alla jћobb: timla’ l-art (S 33, 5), tmur lil hemm mis-sema, bla limiti (S 57, 11; 108, 5), tinżel fuq il-bniedem u tgћattih (Salmi 33, 22; 86, 13; 89, 25; 117, 2; 119, 41), iddawwru (S 32, 10), timxi warajh (S.23, 6), timlieh b’kull ġid (S 90), hi gћażiża v 8.

Spiss insibuha marbuta ma’ emet u emunah. (25, 10; 26, 3; 40, 11; 57, 4, 11; 61, 8; 85, 11; 86, 15 eċċ). Emunah gћandha l-gћeruq fl-Amen, l-amen tal-fiduċja f’Alla, tkun stabbli, sod ma tiċċaqlaqx bћal mibni fuq blata. Quddiem l-assurd ta’ l-istorja, il-kontradizzjonijiet tal-ћajja, min jemmen jibqa’ sod fil-fidi, ikollu fiduċja f’Alla. Salm 89 hu litanija ta’ din il-fidi quddiem it-taћsir morali tas-slaten mil-familja ta’ David.

Sedeqah, ġustizzja, ’il bogћod minn ġustizzja tal-qorti, tfisser l-atteġġament ta’ Alla li ‘jipprovdi’, jidћol fl-istorja biex isalva. Abraham semma’ l-post “Jahweh-jire, il-Mulej jipprovdi” (Ġen. 22, 14). Debora tkanta r-rebћiet ta’ JHWH b’riżq Iżrael (Imћ. 5, 11).

Sedek, sedaqah, huma attributi ta’ salvazzjoni; Alla jћaddem is-setgћa u l-qawwa tiegћu biex isalva lil min jafda fih u hekk jagћmel ġustizzja skond il-wegћda tiegћu. Hekk ġustizzja tissieћeb ma’ fedeltа.

Mispat , jew ġudizzju wkoll fis-sens ġuridiku imma aktar fis-sens providenzjali li Alla jiggverna billi jsalva, v 7c, gћax hu ġust ma jistax ma jsalvax, ukoll il-bhejjem, skond il-patt tiegћu mal-ћolqien kollu; Hi veritа bћal domma fil-Bibbja (Ġen. 1, 20-31; Salmi 8, 15-22; 104, 14, 27-28; 136, 25; Ġob 38, 39-41; Mt. 6, 26-27), is-sagrament ewlieni ta’ salvazzjoni universali, “Ma nerġax iżjed nisћet l-art minћabba l-bniedem...” (Ġen.8, 21).

Hi salvazzjoni biblika, perfezzjoni infinita ta’ Alla, li mhix biss ћelsien (negativ) imma prosperitа, fertilità, barka u ġid. L-alleanza mal-bniedem, ma’ Abraham, ma’ Iżrael, ma’ David u mal-ġust (S 16, 5-11; Ġer. 31, 31-34) huma kollha kelma oћra ma’ dik li Alla ta fil-bidu, imћabba, fideltа, ġustizzja u ġudizzju li jiġbru fihom il-ћolqien kollu.

Vv 8-10. L-innu juża’ u jiftaћ f’sinfonija, talba safja u tifћir ћieles lil-hesed ta’ JHWH. Kenn, dell, ġwienaћ, ġid, xmara, gћajn, hena, dawl, Eden ta’ ferћ u hena, ilma ġieri u dawl li jdawwal id-dawl innifsu huma l-movimenti ћelwin li jsawwru din is-sinfonija ta’ ferћ u ċelebrazzjoni lill-imћabba fidila ta’ Alla.

V 10. Dan il-vers niftakru mil-lezzjonijiet tat-teoloġija meta kien jinġieb bћala prova tal-‘viżjoni beatifika’ li qed tistenniena. M. Dahood, eżeġeta amerikan isostni dan bi kwotazzjonijiet minn Isaija 26 19; Ss 56, 14; 97, 11; Ġob 33, 30. Ur, jew Or ifissru dawl jew gћalqa. Il-ġust jithenna bid-dehra ta’ Alla (viżjoni beatifika) fl-art ta’ l-hena etern.

V 11. Mill-ġdid hesed u sedaqah. ‘Jagћarfek’ b’esperjenza personali mhux bћal dak ta’ v 4, ateu inġust, u gћalhekk jilqa’ t-tjieba tiegћek. Hu wkoll ‘qalbu safja’, jimxi mat-Torah b’qalbu kollha. Imћares minn dawn l-attributi ma jibżax, gћax jaf li f’Alla se jsib kenn kontra l-immoralitа u l-kburija tal-ћżiena.

V 12. Hu sejћa lil Alla biex jidћol gћal min jafda fih kontra dawk li jridu jeqirduh.

M.Buber, li ġabar ix-xiehda ta’ Baal Shem Tov, fundatur tal-moviment lhudi taċ-¬assidim, jgћid li dan, fil-punt tal-mewt instema’ ilissen il-kelmiet: “Alla tiegћi, Re etern… ma jersaqx gћal fuqi riġel il-kburi”.

V 13. Jekk l-ateu jaћseb li Alla se jibqa’ indifferenti, dak li jemmen hu ċert li fil-fatt Alla diġа daћal bћal gwerrier qawwi u ġieb fix-xejn l-gћedewwa tiegћu. ‘Hemm’ fis-sens ta’ ‘araw’, Alla daћal u ћasad lil kulћadd . Hi ċelebrazzjoni tar-rebћa trijonfali tal-veru imћallef ta’ l-istorja. S 18, 39 jgћid:

“Nagћtihom daqqa ,u ma jqumux iżjed minnha;

jaqgћu mirbuћa taћt riġlejja.”

Ħa jibqgћu f’moћћna l-versi 8-10, innu kbir lill-imћabba ta’ Alla!

Dawn il-versi jingћadu fuq iż-żagћżugћ lhudi li jkun laћaq l-etа biex jilbes it-talled, il-mant tat-talb. Oriġene waqt li jikkummenta l-parabbola tad-dramma l-mitlufa, jgћaqqadha ma’ vers 10 u jikteb: “Ixgћel il-lampa, iddawwal bl-Ispirtu s-Santu u, fid-dawl ћares lejn id-dawl: Issib ġo qalbek id-dramma prezzjuża".

Dun Ġorġ Mangion, illum 24 ta’ Novembru 2006.

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1