Salm 35

Il-Moћqrija tal-Ġust

Int rajt Mulej, tibqax sieket

Il-problema li bosta jћabbtu wiċċhom magћha meta jitolbu bis-salmi jew ifittxu li jidћlu aktar fil-fond fihom hi, li diffiċli tqiegћed f’binja strutturali iebsa, ћsibijiet, tqanqil, xewqat l-aktar imprekattivi, vv 8, 19, (jitolbu vendetta u kastig) gћanja mimlija tqanqil mill-qalb ta’ min ikun gћaddej minn esperjenzi iebsin. Hekk jidher dan is-salm fost oћrajn.

Is-salm jiżvolġi ruћu f’awla tal-qorti fejn is-salmista hu mdawwar min-nies li qed jakkużawh fil-falz quddiem imћallef korrott. L-akkużat hu bniedem fqir mill-kampanja, v 20, u ma jistax iћallas barra milli hu innoċenti u dak li hu aktar ta’ tbatija, l-akkużaturi tiegћu kienu ћbieb tiegћu li daru kontrih (v 14). Quddiem din il-qagћda, ma gћandux triq oћra ћlief li jsejjaћ lil Alla bћala mћallef biex jidћol gћalih u jikxef il-maskri ta’ l-inġustizzja li qed issir quddiem gћajnejh. Alla ma jistax jibqa’ sieket u indifferenti quddiem din l-inġustizzja kontra min ‘iћobb id-dritt’ v 27.

Qawwija gћall-aћћar hi x-xewqa li ssir ġustizzja ma’ wieћed fqir mill-kampanja, u tinћass mill-ewwel sa l-aћћar vers. Hu gћalhekk salm ta’ supplika jew qinah, gћajta waћda ta’ qalb maqsuma. Ix-xewqa ta’ kastig bћala ћlas gћal dan il-fatt hi mћallta fl-istess salm ma’ tifћir u hajr lil Alla. Hu leћen ta’ wieћed waћdu u mitluq, imma fl-istess waqt karba qawwija li spiss tinstema’, storja ta’ inġustizzja ta’ bnedmin kontra bnedmin. L-gћajta imprekattiva kontra ћbieb li saru gћedewwa (v 19) issibha wkoll f’Salmi 55, 109.

Lamentazzjoni personali.

Żewġ diffikultajiet li joffri s-salm huma:

1. l-emozzjoni ġġor is-salmista li jirrepeti ruћu u hu emozzjonali ћafna.

2. Is-salm wasal gћandna xi ftit imkisser, differenti mill-oriġinal; bћal vers 16.

Lotman jgћid li hu salm imtarraġ u skond kull tarġa li jitla’ jinbidel il-messaġġ. Kittel jara fih kuntrast qawwi fi ћdan il-komunitа bejn il-fqar u l-politiċi jew is-setgћana inġusti. Oesterley jara fih appell minn sentenza inġusta, u Jacquet każ ċar ta’ proċess inġust. Fil-fatt hu salm kompless u l-istess tema hi ripetuta, waqt li hemm talba ta’ wieћed li qed ibati u din ma taqta’ xejn.

Hemm min attribwih lil David gћaliex hu qrib l-episodju ta’ 1 Sam. 24, 12-16 (Castellino). Il-kwadru ġenerali, elementi poetiċi u ideoloġiċi huma qrib il-ћsieb ta’ Ġeremija.

Tema mewġ tal-baћar.

Temi differenti. Waћda tilћaq fuq l-oћra, ifakkruk fil-mewġ tal-baћar imċaqlaq: imprekazzjoni, talba, protesta, hajr, waћda wara l-oћra, waћda fuq l-oћra ma jaqtgћu xejn. Il-ћelsien miksub minn gћand Alla jferraћ il-fqajjar (vv 9-10). It-todah, hajr jidher fi kliem ieћor f’v 18, l-Halleluja liturġika. Mill-ġdid tidher it-tema tal-ferћ vv 27-28 fil-ġustizzja salvifika ta’ Alla. U dawn bћal dejjem jimmarkaw il-qsim f’movimenti tas-salm.

L-ewwel moviment vv 1-10

a. Appell lill JHWH imћallef u gwerrier. Vv.1-3.

b. Imprekazzjoni kontra dawk li qed jippersegwitawh vv.4-6.

c. Jiddeskrivi l-qagћda, vv 7-8.

d. Todah ta’ hajr. Vv. 9-10.

It-tieni moviment vv 11 -18.

c`. Jiddeskrivi l-qagћda vv 11-12, 15-16.

e`. Jaћlef li hu innoċenti kontra dawk li jaћqruh vv 13-14.

a`. Isejjah ‘l Alla biex jeћilsu.

d`. Todah ta’ ringrazzjament.

It-tielet moviment vv 19-28

c``. Jiddeskrivi l-qagћda vv 19 -21

a``. Isejjaћ ‘l Alla mћallef vv 22-24.

b``. Imprekazzjoni kontra l-persekuturi giddieba vv 25-26

d``. Todah ta’ hajr vv27-28.

Simboli ta’ gwerra u ta’ qorti.

Hekk kif fi żmien ta’ gwerra Alla jidћol bћala qawwa biex jeћles, hawn ukoll , f’każ ta’ individwu li qed ikun mixli fil-falz, Alla biss jista’ jkun dak li jeћilsu. Din hi xbieha li spiss insibu fis-Salmi fejn qalb ix-xwabel, il-lanez u s-sjuf, fil-qalba tal-ġlieda, jidher gwerrier qalbieni lest biex jaћbat gћall-gћadu, jaqbeż fuqu u jneżżgћu mill-armi. Hawn jidher kuntrast interessanti bejn il-vjolenza ta’ l-armi u l-leћen li jassigura, “Jiena s-salvazzjoni tiegћek” v 3. L-gћedewwa jinfixlu u jerġgћu lura bћal armata mћarbta. Alla jidћol u s-salmista jimtela b’sens ta’ fiduċja u tama.

Alla jqum (qum) u jeћodha kontra x-xiehda qarrieqa v 11, u jaqgћu v 15 wara li b’insistenza jitlob ‘stenbaћ u qum’ v 23. Alla jidћol fl-istorja. Hawn simboliżmu ta’ qorti kif jidher mis-salm kollu; v 1 jintroduċi xena ta’ awla fejn Alla jidћol biex jeћles lill-ġust, u v 24 hu appell gћal ġudizzju ġust ta’ Alla.

L-gћadu hu mxebbah mal-‘karfa mar-riћ’, xbieha li nsibuha f’salm 1, 4 kif ukoll F’Ġeremija 13, 24 u Isaija 17, 13. Il-qawwa ta’ l-gћadu tgћib fix-xejn quddiem Alla u r-raġel ġust, l-anġlu ta’ JHWH jonfoћ u s-suppervja tal-bniedem tiġi fix-xejn. Ma’ din hemm is-simboliżmu tal-kaċċa u l-insib v 7-8; ifittxu jonsbu r-raġel ġust imma dak li jonsbulu jaqbad lilhom, ‘jaqgћu fil-ћofra li ћaffru’ v 8. Alla jista’ jieћu lura l-vittma minn idejn nies qawwija meta jkunu gћamluha tagћhom… u fl-aћћarnett, il-mostru b’ћalqu miftuћ ta’ v 21, li lest biex jibla’ u jgћid, ‘qtajna xewqitna’ u ‘ġibnieh fix-xejn’, jirreferu gћall-kalunnji li bћal ilma velenuż ћiereġ minn ћalq lest biex jiżbrana.

"Is-sewwa m’huwiex fuq fommhom,

qalbhom bil-ћażen mimlija;

ћalqhom bћal qabar miftuћ

imellsu biss b’ilsienhom’ . Salm 5, 10.

Ix-xbieha ta’ ljun v 17 hi simbolu infernali, bhima b’ћalqha miftuћ v 21 li l-ћsieb tagћhom hu li jibilgћuh, “qtajna xewqitna”, “ġibnieh fix-xejn” v 25, jgћidu.

Is-simbolu tal-ġisem fil liturġija tas-salmi.

Hi tema li spiss niltaqgћu magћha fis-salmi u gћalhekk tajjeb nieqfu ftit biex nispjegawha. Fis-Salm insibu l-partijiet kollha tal-ġisem imsemmija: is-snien v 16 huma sinjal ta’ rabja, stmerrija u ta’ wieћed li lest biex jibla’; l-gћajn v 19, hu ġest ta’ min hu brikkun, ћażin (Prov. 6, 13) u gћalhekk ‘jegћmeż’; il-ћalq lest biex jibla’ u jisћet, v 21; il-qalb, minn fejn joћorġu l-ћsibijiet u d-deċiżjionijiet v 25; l-ilsien v 28, li jitlob imma li jakkuża fil-falz.

Imma l-akbar personifikazzjoni tas-simboli huma l-gћadam v 10, li hu l-moviment tal-Lhud meta jitolbu, jiċċaqilqu qishom qed jgћidu: “Kull ћalq, kull ilsien, kull irkobba, il-qlub kollha u l-imsaren kif hemm miktub, gћadmi kollu jgћid, “min hu bћalek?" L-gћadam hu l-binja kollha tal-bniedem, il-bniedem kollu kemm hu.

Il-ġisem kollu hu mistieden jitlob u f’kull qagћda eżistenzjali, bilwieqfa, bilqegћda u miexi. Is-salmi jitkellmu mir-ras midluka żejt ta’ l-ospitalità (23, 5), l-gћajnejn iћarsu lejn Alla, (25, 15) il-fomm ixandar il-ġustizzja ta’ Alla (69, 4) l-ilsien u x-xofftejn ikantaw it-tifћir tal-Mulej (35, 28) il-qalb tfawwar, (45, 2) il-leћja ta’ Aron, (133, 2) l-idejn merfugћa ’l fuq lejn it-tempju (134, 2) ir-riġlejn fit-triq id-dritta, (26, 12) l-imsaren li jilqgћu il-liġi, (40, 9) in-nifs tal-ћajja li jfaћћar lil Alla (150, 6).

Ma’ dan nistgћu norbtu wkoll il-valur soċjali ta’ l-ilbies . Dan hu kemm sinjal ta’ l-istatus soċjali kif ukoll tal-mument li jkun qed jgћix. Vv 13-14 jagћtina l-qagћda ta’ bniedem f’penitenza; ћa sehem fin-niket ta’ ћaddieћor liebes l-ixkora, li tobrox u tisloћ il-ġilda u tikkaġuna irritazzjoni u ћruq. (S 30, 12). Mikea 1,8 jgћid,

“immur imnażża’ u gћeri, noqgћod nibki bћax-xakalli…”

li billi t-tifsila ta’ l-ixkora hi bla sura, wieћed hu donnu gћarwien, qagћda ta’ umiljazzjoni. Ir-rit ta’ l-ilment jinkludu s-sawm; billi l-ikel bћall-ilbies hu sinjal soċjali, dan ifisser niket profond. Hemm ukoll it-talba ta’ supplika (tefillah), jew talb b’rasi fi ћdani, v 13c. Isaija 58, 5: “Jaqaw jien jogћġobni sawm bћal danbiex ibaxxi rasu bћas-simar, u jimtedd fuq xkora u r-rmied?” Ir-raba’ qagћda tar-rit penitenzjali jew tal-funeral hi, li wieћed jinxteћet minn tulu fl-art; dan ġieli kien imsieћeb ma rmied fuq ir-ras, taqtigћ tal-ћwejjeġ, skiet perfett, qtugћ tax-xagћar u ma taћdimx.

“Bћal min jagћli gћal ommu” v 14 juri rit mill-aktar qawwi u ta’ qsim il-qalb; is-salmista hu f’qagћda li tixbah lil ommu mejta, wieћed li niżel fix-Xeol. Hu offra solidarjetà umana lil min sab li kienu tradituri u qattiela.

Eżeġesi.

L-ewwel moviment vv 1-10.

Isejjaћ lil Alla gwerrier u mћallef biex jilbes it-tarka u jxejjer il-lanza u s-sejf waqt li jistenna li jisma’ l-kelma li jixtieq ћafna jisma’: “Jiena s-salvazzjoni tiegћek” v 3.

Alla tal-Bibbja ma jonqos qatt li jiddefendi ’l dawk li jafdaw fih, li jsejjћulu.

“U jiena stess neћodha ma’ dawk li ћaduha miegћek,

u jiena stess insalva lil uliedek". Is. 49, 25b.

U Ġeremija, 20, 12:

“Int, Mulej ta’ l-eżerċti, li ġġarrab il-ġust.

Li tara l-ġewwieni tal-qalb,

ћallini nara l-vendetta tiegћek kontrihom,

gћax f’idejk ћallejt il-kawża tiegћi.”

Hawn tidher ċar il-gwerra bejn ulied id-dawl u wlied id-dlam, li fiha Alla jidher ixejjer l-armi waqt li jattakka imma leћen sieber iqawwi qalb il-ġust. Is-salvazzjoni hi rebћa, hi ġustifikazzjoni quddiem dawk li jakkużaw u jazzardaw jgћidu, “Mhemmx salvazzjoni gћalih f’ Alla” (S 3, 3).

L-imprekazzjoni vv. 4-6, jew ix-xewqa ta’ tpattija u vendetta gћal dak li jagћmel il-ћażin hi skond il-‘liġi tat-taljun’, ‘gћajn gћal gћajn u sinna gћal sinna’. Fiha hemm sens qawwi ta’ ġustizzja u sinjal li ma tistax tmerih ta’ tama qawwija li Alla ma jistax iћalli l-ћażin jittrijonfa u l-inġustizzja tgћaddi bla ma tieћu dak li ћaqqha. Hawn jidћol ukoll l-unur ta’ Alla gћax ma jistax iћalli l-ġust u l-fqajjar ibatu inġustament; imma min qed jitlob hu aktar ћerqan li jinћeles hu milli li jkun meqjum Alla.

“Ixћet fuqhom il-qilla tiegћek;

jaћkimhom l-gћadab imћeġġeġ tiegћek. S 69, 25

Agћtihom kastig fuq ieћor;

Ma jilћqux is-salvazzjoni tiegћek” S 69, 28.

L-gћedewwa se jkunu mirbuћa, se jdawwru wiċċhom u jitilqu lura mifxula v 4. Il-ћarba tagћhom tkun tixbah lil ‘karfa mar-riћ’ v.5 u triqthom mudlama u tiżloq. V 6, dehriet infernali. “L-anġlu tal-Mulej isuqhom” v 6, jew il-qawwa ta’ Alla traxxendenti tidћol fl-istorja biex teћilsu mix-xibka u mill-ћofra, v 8. “Jaqgћu fil-ћofra li ћaffru, jinqabdu fix-xibka li hejjewli,” hi l-liġi tal-kontrapass.

L-ewwel moviment jagћlaq b’radd il-hajr v 9. Il-fidi f’Alla hi tant kbira li m’gћandu ebda dubju mis-salvazzjoni. L’innu ta’ l-gћadam, jew il-fejqan sћiћ tal-bniedem minn ġewwa, jixbah lil dak ta’ l-Esodu, “Min hu bћalek, Mulej, fost l-allat? Min hu bћalek ? Inti kbir fil-qdusija...” (Es. 15, 11) Alla jiddefendi l-anawim. L-gћadam hu xbieha ta’ ferћ u hena kbir, sћiћ, radd il-hajr profond.

Dun Ġorġ Mangion, illum 22 ta’ Novembru 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1