Salm 29

Alla tat-Tempesti

Hu Salm mill-aktar antik ta’ oriġini kananea, jgћid Kraus. Il-Kangћanin kienu dawk li gћexu fl-art tal-Palestina fiż- żmien li Abraham kien jiġri minn post gћall-ieћor bћala nomadu. Alla tar-ragћad u s-sajjetti, Alla li l-bniedem iqim bla ma jagћraf, Alla li l-bniedem ifittex bћal gћama li jtektek bil-bastun kull pass li jagћmel (Dun Karm, ‘Il-Jien u lill hinn minnu’), hu Alla traxxendenti.

Fid-19-il kungress ta’ l-orjentalisti li sar f’Ruma fl-1935, Ginsberg ippropona l-oriġini kananea tas-Salm. Skond Weiser dan hu l-“Glorja’l Alla” ta’ l-Antik Testment u jiskanta kif daћal fis-Salterju.

Bla dubju, jgћid Ravasi, is-simboliżmu tat-tempesta hu wieћed mit-temi l-aktar gћeżież gћall-mitoloġija orjentali l-aktar antika. L-uragan hu sinjal ta’ ћajja u mewt. It-tempesta hi l-apokalissi divina (jew Alla li juri ruћu) bћal Salm 18. Gћall-allat bћal Baal jingћad li jsemma leћnu fis-sћab u li x-xita titћallat ma’ leћnu.

Hemm ukoll skema ta’ paralelliżmi li jirrepetu ruћhom:

Agћtu – lil JHWH – ulied Alla

Agћtu – lil JHWH – glorja u qawwa

Agћtu – lil JHWH – il-glorja ta’ ismu.

Madankollu hemm qbil bejn l-istudjużi li hu Salm Jahwista jiġifieri mhux kemm wieћed kiteb JHWH flok alla falz, imma min kitbu hu kittieb li dejjem kanta jew kiteb poeżija lil JHWH. Hekk li fl-istil tal-poeti arkajċi, il-kittieb tas-salm kiteb fi sfond lhudi dan l-innu bl-anġli flok l-allat, ir-ragћda hi l-kelma, u Alla hu JHWH.

Hemm diffikultajiet kbar biex wieћed jattribwih lil David. Aktarx li jilћaq l-iskop tiegћu fi tmiem ta’ xi festa kbira, forsi fl-gћeluq tal-festa tal-gћerejjex. Din qabel ma kienet festa li tfakkar iż-żmien tal-poplu fid-deżert kienet festa agrikola – il-ћsad u l-ћolqien. Vv 2 u 10-11 jissopponu l-qima fit-tempju u l-esodu.

Il-Jum ta’ JHWH

Dan hu l-punt tat-tluq tagћna biex nifhmu s-salm fil-kuntest tat-tradizzjoni tal-qima fit-tempju. Il-Jum ta’ JHWH f’Gћamos u fil-profeti biex jitkellmu dwar il-ġudizzju li Alla ser jagћmel fl-istorja; bћal tempesta u sajjetta ser jidћol u jiżra’ paniku u qerda (S 83), iwarrab lil dawk li huma kontrih u lill-kburin hekk kif is-siġar kbar jinqalgћu mill-gћeruq taћt is-sajjetti.

Xi studjużi jinterpretaw il-kwadru tad-dinja tas-Salm 29 bћala dehra ta’ Alla biex fehmu l-intervent fl-istorja u kif il-ћażen ta’ l-gћedewwa ta’ Iżrael idur fuqhom. It-tempesta mhix ћlief il-kwadru ta’ profezija tad-dehra ta’ Alla. Zakkarija f’vv 9, 1; 10, 1; 11, 1-2 jorbot mat-tieni Zakkarija fejn gћall-ћbit ta’ Alessandru l-Kbir li jirbaћ is-Sirja, il-Feniċja u l-Filistej, jidћol il-Messija li jġib rebћa definittiva.

Oћrajn jaraw li Iżrael jakkwista teoloġija tal-Ħolqien f’dan is-salm li jgћolli l-Mulej tat-Tempesta u jinbidel f’innu tal-Maћluq. Hu gћalhekk l-innu tan-natura immexxija mill-ġeneral il-kbir, JHWH, li jiġġieled il-ġlieda ta’ Iżrael. Iżrael ikanta dan is-salm li hu bћal tromba ddoqq qabel il-ġudizzju ta’ Alla li hu Salvatur u Ħellies.

Hemm tifsira messjanika moћbija. Wara l-ilmijiet, iċ-ċedri u t-tromba ta’ l-arja hemm il-Messija li jkeċċi l-gћedewwa u jinawgura s-saltna tal-magћżulin

L-interpretazzjoni Kristjana tara leћen il-Missier li jsemma leћnu fis-sћab waqt il-magћmudija – jew l-inawgurazzjoni tas-saltna tal-Messija fil-Ġordan.

Il-forma letterarja hi ta’ innu, biss gћandha xi nuqqas bћal ma hi r-raġuni tat-tifћir gћax mill-ewwel jgћaddi gћall-qalba tas-suġġett li hu r-ragћad, leћen JHWH. Ir-ragћad jinstema’ ma’ l-art kollha tal-Palestina, ifaqqa’ fil-bogћod u t-tempesta timxi min-nofsinhar, mill-baћar Mediterran (v 3) lejn it-tramuntana biex tinfirex fuq l-ilmijiet, fuq il-baћar bla tmiem li jfakkrek fl-ilmijiet tal-bidu tal-ћolqien li minnhom ћareġ kull ma nћalaq (Ġen 1, 9). Bil-mod il-mod jersqu qrib u l-bniedem iћares mistagћġeb. Iċ-ċedri jinqasmu u l-muntanji tal-Libanu u l-Hermon (Sirjon hu l-isem Feniċi) jaqbżu donnhom annimali mbeżżgћa. It-tempesta tinsab fuq ras il-qarrej (vv 7-9). Il-beraq jgћamuk u ċ-ċriev jitwieldu qabel iż-żmien mћabba l-biża’. Imma JHWH iћares il-maћluq.

“L-ispettaklu impressjonanti tat-tempesta jsaћћaћ l-idea tal-qawwa ta’ Alla li ћadd ma jista’ jeqfilha u l-konvinzjoni li Hu jidћol gћall-poplu. Wieћed jara lil JHWH bilqegћda fuq it-tron u jifrex il-barka tas-sliem tiegћu. Il-fidi fl-alleanza tiġbor fiha elementi ta’ oriġni pagana” . Dubarle.

Eżeġeżi.

Invitatorju. (Vv 1-2)

Ix-xena tiżvolġi ruћha fl-istess ћin fis-sema u f’Ġerusalemm; fil-qorti tas-sema issir il-laqgћa liturġika tat-tempju, flok ‘ulied Alla’ jew l-anġli jidћlu dawk li jagћtu qima wiċċhom fl-art. Gћall-ћoss tal-kant ta’ l-anġli jwieġbu l-lhud, gћall-liturgija tas-sema tidћol dik ta’ Ġerusalemm, u flok il-glorja ta’ Ġerusalmm tas-sema tidћol dik ta’ l-arka.

JHWH jiddomina, xbieha grandjuża. Ismu jidher erba’ darbiet. Dawk li jżommu l-kuruna huma wlied Alla. Isaija mimli b’dehriet bћal dawn:

" U l-Mulej isamma’ l-leћen solenni tiegћu,…..

b’xita qawwija, tempesta u silġ kbir. (Is. 30, 30)

L-istess fis-sejћa tiegћu bћala profeta, kap 6 u kap 40.

Xi studjużi jirreferu gћal dawn ‘ulied Alla’ bћala l-istilel. Oћrajn bћala l-anġli (hekk is-Sebgћin) Il-fatt hu li fil-kultura politejista dawn kienu l-allat li bil-mod il-mod il-kultura Jahwista niżżlithom gћal bnedmin sempliċi.

Dawn il-kori jagћtu glorja; verb użat rarament u dejjem fl-imperattiv, ‘Agћtu glorja’. U l-kori jgћidu kelma waћda ‘glorja’. Ġerusalemm tas-sema u dik ta’ l-art jiffurmaw fus wieћed vertikali li jgћaqqad art u sema biex ixandru l-glorja tal-Mulej. L-istess kif insibu f’Luqa: “Glorja ’l Alla fl-fl-ogћla tas-smewwiet u sliem fl-art lill-bnedmin li hu jћobb” (Lq. 2,14). L-ewwel l-istqarrija tal-glorja ta’ Alla imbagћad il-proskynesis, jinxteћtu fl-art f’qima perfetta.

Id-daћla ta’ Alla hi majestuża u kulћadd jaqa’ wiċċu fl-art bil-biża’. Din mhix ћlief deskrizzjoni tal-qima li tingћata waqt il-liturġija li ssir fit-tempju.

L-Innu tal-Leћen-ragћda. (Vv 3-9)

Mbagћad jidћol ir-ragћad, it-tempesta tfaqqa’ u tikser l-armonija tal-baћar u l-art, il-Mediterran u l-Palestina minn isfel sat-tarf ta’ fuq, il-Libanu, il-muntanja Hermon (Sirjon). Bnedmin, siġar u annimali jintlaqtu. Hi teofanija ta’ Alla f’tempesta bћal ma nsibu fis-salmi, “Rieghed il-Mulej mis-smewwiet, l-Gћoli semma’ leћnu” (18, 14), “Arawh, se jsamma’ leћnu, leћen qawwi” (68, 34) u profeti, bћal Gћamos, “Il-Mulej iriegћed minn Sijon, u jsamma’ leћnu minn Ġerusalemm” (Gћam. 1.2)

Is-Salmista Jahwista jrid jgћid li JHWH, u mhux allat oћra, hu l-waћdieni li ћalaqhom u gћalih joqgћodu. Ftakar meta Ġesu’ sikket il-baћar f’tempesta:

“Dan min hu, mela, biex saћansitra r-riћ u l-baћar jisimgћu minnu?”(Mk.4,41).

It-tempesta fuq l-ilmijiet.

Jista’ jkun li dawn huma l-ilmijiet ta’ qabel il-ћolqien, jew il-kaos u x-xejn tal-bidu. Jista’ jkun ukoll li qed jirreferi gћad-dilluvju billi f’v 10 jissemma l-gћargћar. Imma aktarx li kif gћandna l-mappa tal-Palestina minn isfel gћal fuq (inkluż il-Libanu), is-salmista qed isegwi kif ix-xita u l-maltemp jibda minn fuq il-Mediterran u jinfirex fuq l-art kollha. Fit-tlett każi dejjem hemm Alla li jmexxi kollox.

It-tempesta fuq il-muntanji.

It-tempesta tasal fuq il-muntanji tal-Libanu u l-Hermon (l-isem feniċi Sirjon). Il-qawwa ta’ Alla biss setgћet tkisser u ġġiegћel dawn il-muntanji jaqbżu bћal gћoġol u bћal ferћ ta’ gendus. Mhux biss, imma x-xena ssir aktar kulurita bit-theżhiż bћal terremot, u l-muntanji tistћajjilhom annimali qed jaћarbu l-qilla ta’ l-elementi naturali. Il-muntanji kienu l-gћamara ta’ gћoġol u l-gendus, simboli ta’ Bagћal. Mela il-kittieb Jahwista jrid jgћid li JHWH iġib fix-xejn ix-xbihat ta’ l-allat foloz.

It-tempesta fuq id-deżert.

Dan ukoll jista’ jirreferi gћall-allat foloz bil-beraq u s-sajjetti li jissieћbu magћhom. It-tradizzjoni rabbinika taqra dan bћala allegorija tal-kelma ta’ Alla li, bћal ilsna tan-nar li toћroġ minn fomm Alla u tonqox l-gћaxar kelmiet fuq it-twavel tal-ġebel.

Il-maltempata tasal fuq id-deżert ta’ Ġuda li ma fihx ћafna siġar u tilћaq id-deżert ta’ Kades. Il-poplu lhudi gћadda minn hawn fil-mixja tiegћu lejn l-art imwegћda u d-deżert hu post tal-mewt u tax-xejn li jibbilanċja l-ilmijiet tal-kaos. Mela dak li aktarx irid jgћid hu li, Alla iwaqqa’ l-biża’ wkoll fuq id-deżert.

Strauss jirreferi gћall-esperjenza tal-Esodu u jipproponi l-Alla bћala Ħallieq u Salvatur:

“Bћax-xama jdubu l-muntanji quddiem il-Mulej, quddiem is-Sid ta’ l-art kollha” (S 97, 5).

Hemm bosta interpretazzjonijiet ta’ v 9. Kollha juru lil Alla JHWH li jikkontrolla kollox fil-ћolqien.

“O Alla int u ћiereġ quddiem il-poplu tiegћek,

int u tiela’ mid-deżert,

Tregћdet l-art u sa s-smewwiet inћallu quddiem Alla tas-Sinaj,

quddiem Alla ta’ Iżrael.

Xita bil-kotra inti bagћatt , o Alla,

fuq l-art wirt tiegћek

u meta kienet bil-gћatx inti ћjejtha.” (S 68, 8-10)

Epilogu: JHWH fuq it-tron kosmiku. (9c -11)

Il-vers 9c hu parallel ta’ vv 1-2: “Hu ċ-ċavetta tas-salm kollu kemm hu; jeћodna ’l fuq mill-ћsejjes kollha ta’ l-art, fis-santwarju tas-sema fejn il-kor tal-anġli tas-sema jagћraf u jiċċelebra l-istess ġrajja li qed isseћћ fuq l-art bћala manifestazzjoni tal-glorja ta JHWH” (Von Rad)

Il-glorja ta’ Alla tiksi l-arka (Es. 40, 34), il-firxa tas-sema (S 19, 2) u ssir t-tema tal-foћrija ta’ l-anġli u l-bnedmin. Bћall-viżjoni li biha jiftaћ Isaija 6 , 2-3:

"Rajt lil Sidi

bilqegћda fuq tron gћoli merfugћ ’il fuq;

djul il-libsa tiegћu kienu jimlew it-tempju.

’Il fuq minnu kien hemm serafini,

kull wieћed b’sitt ġwienaћ: …

U kienu jgћajjtu u jwieġbu lil xulxin:

Qaddis, qaddis, qaddis hu l-Mulej ta’ l-eżerċti.

L-art kollha mimlija bil-glorja tiegћu.”

L-istess hawnhekk, art u sema jingћaqdu fl-stess innu ta’ glorja.

Konklużjoni ċara Iżraelitika hi dik li tgћaqqad art u sema mat-tempju fejn hemm miġbur il-poplu ta’ Iżrael fit-talb, v.11. Alla jirriserva gћall-poplu barka speċjali, Sliem - Xalom, salvazzjoni sћiћa u ġid, gћall-kontra tal-maltempati kollha ta’ l-istorja u tal-ћajja. Hekk is-salm bibliku jiċċelebra lis-Sid waћdieni ta’ l-univers, JHWH. Imma l-kwadru ta’ l-innu hija l-liturġija tat-tempju. Il-fidi fil-kuntest oriġinali hi dik li tikkumbatti l-qima ta’ Bagћal u l-allat foloz tal-ġnus. JHWH jitgћolla ’l fuq u jitfaћћar. U hekk innu jew talba atea u pagana ssir tifћir gћoli u perfett tas-Sovran tal-maћluq. Kif tiftaћ l-ittra lil-Lhud:

“Alla fl-imgћoddi kellem lill-missirijietna ћafna drabi u b’ћafna modi permezz tal-profeti, Issa, f’dan l-aћћar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu, li hu gћamlu werriet ta’ kollox, u li bih ukoll gћamel il-ћolqien.” (Lh. 1, 1-2).

Dun Ġorġ Mangion, 27 ta’ Mejju 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1