Salm 25
Talba lil Alla g
ћall-gћajnuna u l-maћfraHu Salm ta’ lment personali: il-protagonisti huma tlieta, Jiena – Alla – l-g
ћadu.L-g
ћadu hu d-dnub li jikkaġuna tbatija u hu bћal ћajt li jifred lil min qed jitlob minn Alla; dan is-salmista jћossu u gћalhekk jerfa’ ruћu lejn Alla minli tama li l-gћedewwa ma jkomplux jifirћu imma jitћawwdu.Hu dnub kbir fih innifsu imma hu dnub i
ż-żgћożija, ġej mill-fraġiltà tal-bniedem li madankollu ma jaqtax ir-rabta ma’ Alla u gћalhekk isib fih il-qawwa biex idur lejn Alla u jitolbu maћfra u ћniena.Dan id-dnub ta
ż-żgћożija jieћu ismu mill-allegorija taż-żewġt aћwa, Oћola u Oћoliba (is-Samarija u Ġerusalem rispettivament) tal-Profeta Eżekjel kap 23, 8 fejn naqraw, "hemm l-Eġizzjani kienu jorqdu magћha f’żogћżitha..".Fl-AT id-dnub il-kbir hu d-dnub ta’ l-apostasija, jew taċ-ċa
ћda totali ta’ Alla meta l-Poplu jћalli lil Alla li ћarġu mill-Eġittu u jdur lejn xogћol idejh, lejn l-idoli u jiddikjara, "Dawn huma l-allat, ja Iżrael, li tellgћuk mill-art ta’ l-Eġittu" (Eż. 32, 8).Alla li hu tjieba u fedeltà "hesed we’ emet", jag
ћder u jћenn, u jissokta juri t-triq il-ġusta. Hu talba ta’ min jemmen li gћalkemm mhux ћlief midneb, iћoss id-dgћufija – hu l-fqir tal-Bibbja, wieћed mill-anawim – anzi nistgћu ngћidu li hu talba tal-anawim, il-fqar ta’ JHWH.Wara da
ћla li hi sejћa lil Alla, minn v 4 sa v 19 jinqasam f’erba’:Vv 4-7, insibu 7 verbi fl-imperattiv, g
ћarrafni, gћallimni, mexxini, gћallimni. ftakar, tiftakarx, ftakar.It-tema hi l-
ћniena u t-tjieba li huma minn dejjem ma’ Alla biex jaћfer lil min jitlob maћfra ta’ dnubietu.It-tama tal-bniedem li jistenna b’fiduċja, ma jit
ћawwadx quddiem l-gћadu li jidher qed jittrijonfa. L-gћadu jidher li m’hu ћadd gћajr id-dnub, u aktarx dnub personali ta’ fraġiltà.v 3b "Jit
ћawwad min jonqsok mill-kelma". Jidher li dnub is-salmista hu dnub taż-żgћożija, dnub tad-dgћufija, mhux dnub kontra l-patt, jew apostasija, ċaћda ta’ Alla. Dnub hu dejjem fis-sens teoloġiku, infedeltà lejn il-Patt. Dnub iż-żgћożija gћax gћad mhux matur biex jifhem il-gravità.Vv 8-11 It-Triq (derek), f’din it-triq jimxu l-fqajrin ta’ JHWH, l-umli, u g
ћalhekk il-maћbubin tal-Mulej. Alla juri t-triq lil-ћatjin biex jerġgћu lura u jissoktaw mexjin Miegћu fit-triq tal-ġusti., li hi t-triq tat-Torah. Jekk trid ikollok il-ћajja…din hi t-triq.It-Triq ta’ l-Alleanza wie
ћed jista’ jitlifha, imma hemm missier kollu ћniena li qed jistenna l-iben biex jgћannqu (Lq. 15).Il-ma
ћfra tinkiseb biss gћax Alla hu ћanin u u jagћder. Il-bniedem tal-Bibbja, saћansitra fl-AT qatt ma jћoss li gћandu dritt gћall-maћfra, jaf li Alla mhux b’obbligu li jaћfirlu u jreġġgћu lura gћall-ћbiberija ta’ qabel, imma biss "minћabba l-isem tiegћek", v 11. Alla jismu "Mћabba".Il-Laqg
ћa ta’ Alla ma’ poplu, ma’ bniedem tagћti bidu gћal storja ta’ salvazzjoni. Fi kliem il-patrijarki, hu "l-art bћala wirt". ’Il quddiem issir esperjenza mistika, ћbibierija u intimità bejn Alla u l-fqajjar, fejn il-fqajjar jibqa’ mgћannaq ma’ Alla. "Gћajnejja dejjem fil-Mulej" v 15.Vv 12-15 Issa li kkonverta, jesperjenza l-patt, l-alleanza, (berit ‘edot).
Berit ‘edot huma
żewġ kelmiet propji tad-dewteronomju. Juru d-dispożizzjoni tal-poplu, tal-bniedem li daћal f’dan il-patt li JHWH ippropona u meta qal "Iva, naqdi lil Mulej", beda miexi. Alla nissel fil-bniedem il-biża’ qaddis tiegћu biex iћares il-preċetti u hekk jgћix. Hi t-Triq tal-hena it-triq li twassal fl-art imwegћda fejn jikseb il-ġid imwiegћed lill- Patrijarki.Vv 16-19: Insibu 7 imperattivi o
ћra: dur, serraћli, eћlisni, ara, aћfirli, ћarisli, eћlisni.Il-wiċċ ta’ Alla , Alla jix
ћet id-dell ta’ wiċċu fuq il-bniedem li reġa’ tћabbeb miegћu. Hi ћarsa ta’ mћabba ta’ missier li jћobb b’imћabba ta’ omm. Ara l-parabbola ta’ l-iben il-ћali (Lq. 15). Kif nafu l-AT iqiegћed l-imћabba, it-tqanqil ta’ min iћobb qegћda fl-imsaren li jitqanqlu gћax kif l-omm iġġorr lil ћlejqa tagћha f’ġufha, l-imћabba terġa’ ġġiegћlha tћoss dan it-tqanqil. Hekk titkellem minn Alla li jћoss imsarnu jitqanqlu b’imћabba lejn il-midneb.
Vv 20-22 Is-salmista jerġa’ lura biex ikollu fiduċja f’Alla, i
ћossu żgur, protett u meћlus. Niftakru li l-verb, ћeles, u n-nomi meћlus, ћelsien, huma dejjem termini li huma konnessi ma’ u jfakkru fl-eżodu.V 21 "Id-dritt u s-sewwa" huma
żewġ attributi ta’ min jitlob kif gћandu jitlob u huma dawn li jiddefenduh quddiem Alla. Ara fl-istorja ta’ Ġob (Gb.1, 1) u David (1Sl, 9, 4) u gћalhekk, "fik ittamajt".V 22 Hemm qab
ża minn ton privat, talba ta’ persuna, gћal talba tal-ћafna, ton pubbliku. Jista’ jkun li din hi żjieda wara l-eżilju.Dun Ġorġ Mangion, illum 21 ta’ Frar 2006
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa