Salm 24
Tlett innijiet
f’Salm wieћed lill-Mulej ta’ l-EżerċtiHu salm li l-Knisja ewlenija użat ћ
afna fil-Liturġija. Tistћajjel, jgћid Ravasi, li l-kittieb latin Plinju ż-żgћir, meta kiteb lil Trajanu (113 w.K.) kien qed jirreferi gћal dan is-salm. Huwa jikteb li l-Insara “mdorrijin jiltaqgћu f’jum fiss qabel titla’ x-xemx, biex ikantaw waqt li jwieġbu lil xulxin, tifћir lil ‘Krestu’ (Kristu) bћallikieku kien Alla. Jintrabtu bejniethom b’wegћda li jaћarbu frodi, serq, adulterju u infedeltа fil-qadi ta’ dmirhom u kull ċaћda tad-‘depositu’ (tal-fidi, 1 Tim. 6, 20). Wara dan issir ikla normali u innoċenti qabel jitilqu lil xulxin".Kif jgћidu bosta studjużi, kemm il-kant alternat kemm l-impenn morali meћtieġ biex wieћed jissieћeb fil-liturġija, h
uma fil-bażi tas-Salm.Jidher ukoll li l-insara ta’ l-ewwel sekli ћadu xi simboli, bћal bibien, glorja, prinċpijiet, sultan tal-glorja, biex ifakkru r-rebћa ta’ Kristu fuq il-mewt u art l-imwiet bil-mewt u l-qawmien tiegћu: Ara Kol. 2, 15; 1 Pt. 3
, 19; 4, 16.Kif jinqara
llum, is-salm jikkonsisti fi tlett strofi, li fil-bidu aktarx ma kinux salm wieћed; imma kif inhu llum jagћmlu minnu salm tassew sabiћ.Vv 1-2 hu innu lil JHWH, re u ћallieq.
Vv 3-6 jixbah lil S 5, 15 – djalogu dwar it-Torah u x’jintalab minn min jaq
beż l-gћatba tat-tempju jew il-Liturġija tat-Torah.Vv 7-10 Innu trijunfali djalogat – liturġija gћad-dћul ta’ JHWH fit-tempju bћala sultan glorjuż
.X’jgћaqqad tit-tlett partijiet.
Dak li jgћaqqad it-tlett partijiet jista’ jkun ir-rit
tal-qima fit-tempju ta’ Ġerusalemm fil-festa tat-Tined bћal f’S 118, waqt li l-isfond jista’ jkun ir-ritorn ta’ JHWH, tax-Xekina, li timla’ mill-ġdid it-Tempju wara l-eżilju. Imma x’rabta hemm bejn dawn? L-ewwel strofa hi ftuћ adatt ta’ innu lill-ћallieq waqt li t-tieni parti, vv. 7-10 jitolbu li l-bibien jinfetћu ћalli tidћol il-glorja ta’ JHWH.
Jidher biss li hemm inkongruwenzi fil-fatt li vv 3-6 jidher li l-glorja ta’ Alla diġà qegћ
da fit-tempju biex wieћed jeћtieġlu jkun ‘idejh indaf u qalbu safja’, waqt li vv 7-10 ir-reffiegћa jitolbu li jinfetћu beraћ il-bibien biex tidћol l-Arka. Barra d-deskrizzjoni tad-daћla ta’ l-Arka f’2 Sam. 6, m’gћandniex ћjiel dwar il-meћtieġ biex wieћed jidћol jagћti qima. Jista’ jkun, jgћid Kraus li barra Salm 47, id-deskrizzjoni poetika ta’ Is. 30, 29 tixћet dawl fuq dan:“U jkunilkom l-gћana bћal meta billejl tiċċelebraw xi festa,
u ferћ ta’ qalb bћal min jimxi bid-daqq tal-flawt,
u jmur fuq l-gћolja tal-Mulej,
lejn il-Blata ta’ Iżrael ”.
Dwar it-tielet parti, vv 7-10,
ingћad li hija, metafora ta’ l-epifanija tal-Mulej; Alla juri ruћu fis-sbuћija tad-dћul fit-tempju. Oћrajn jarawh bћala innu ta’ rebћa aћћarija gћaliex issa l-Arka ma toћroġx mit-tempju fil-battalji tal-poplu; gћaliex m’hemmx lok aktar ta’ gwerra qaddisa. Oћrajn jaћsbu li kien innu gћad-dћul ta’ l-Arka f’Sijon fi żmien David. Ma jonqsux dawk li jarawh bћala innu gћall-intronizzazzjoni ta’ JHWH , u gћalhekk hu salm ta’ JHWH sultan. Oћrajn jarawh bћala innu eskatoloġiku billi ir-restawrazzjoni aћћarija tas-saltna ta’ Alla ‘il-bibien ta’ dejjem’, hi l-aћћar gћamara ta’ Alla mal-bnedmin. Ma’ dan jidher li jaqbel Ravasi li jargumenta minn Isaija r-rabta bejn ћolqien, vv 1-2 , u eskatoloġija, vv 7-10.L-istruttura tas-salm.
Is-‘Sitz im Leben’ tas-salm hu liturġiku u
dan tagћtihulna t-tielet parti (vv 7-10), dik l-aktar antika, forsi minn żmien David u li użawha fid-dћul solenni ta’ l-Arka fit-tempju. Magћha żdiedet it-tieni strofa (vv 3-6) innu lit-Torah, sintesi tad-dekalogu (S 15), eżami tal-kuxjenza gћal kull min se jidћol fit-tempju. L-ewwel parti (vv 1-2) hu l-kwadru kosmiku ta’ daћla gћas-salm, innu lil JHWH, sultan tad-dinja.Mela dak li jgћaqqad it-tlett partijiet hi l-liturġija. Imma hemm linja oћra ta’ ћsieb; u din hija s-simboli. L-gћa
tba qaddisa tat-tempju li wieћed jaqbeż, il-bieb, hu d-dћul gћall-post qaddis;“Idћlu b’gћana ta’ hajr mill-bibien tiegћu
" – S 100,4Iftћuli l-bibien tal-ġustizzja ћa nidћol minnhom…
Dan hu bieb il-Mulej, il-ġusti jidћlu minnu”
– S.118, 18-19.Bieb u tempju ta’ Ġerusalem h
uma l-bieb u t-tempju tas-Sema, hemm Alla u l-bniedem jiltaqgћu, hawn ġew skond it-talba ta’ Salamun (1 Sl. 8) u mbagћad “infetaћ it-tempju ta’ Alla li hemm fis-sema u dehret l-Arka tal-Patt. ” (Apk. 11, 19).Il-moviment ta’ Alla (vv 7-10) hu trijonfali
gћalhekk ‘Intrefgћu bibien’. Huma l-bibien ta’ dejjem, mhux biss dawk ta’ Sijon-Salem gћax gћal dejjem jibqa’ s-Sultan li dieћel. Hu gћalhekk li l-lhudi devot tgћallem li l-gћatba tat-tempju tifred lid-dinja ta’ barra minn dik ta’ ġewwa, din il-ћajja milleternità; u min jidћol fit-tempju jduq il-benna tal-ћajja ma’ Alla fl-eternità.It-tielet moviment hu ta’ dak li ġej biex iqim li
l Alla u dak li jeћtieġlu jagћmel bћala rit ta’ dћul. Huwa jitla’ fuq l-gћolja tal-Mulej, dan il-post imћabbar minn Ġakob: "Tassew hawn Alla f’dan il-post, u jien ma ntbaћtx” (Ġen. 28, 16). Il-ġusti jidћlu minnu biex ifittxu wiċċ il Mulej.It-tempju bћala spazju hu l-univers f’ġellewż
a. Il-kosmoloġija biblika (v 2) fejn jgћammar Alla, ir-Re Etern, hu t-tempju, iċ-ċentru tad-dinja, ta’ l-univers. Tant hu hekk li l-Lhud jemmnu li Ġerusalemm hi ż-żokra (umbeliku) tad-dinja.Eseġeżi.
Il-Mulej hu sid ta’ l-art kollha – artiklu tal-fidi tat-teoloġija lhudija. Insibu dan fil-poeżija (1Sam. 2,
8; Es. 15) fis-salterju,(SS 50, 12; 74, 16-17; 89, 11-12) fit-teoloġija profetika (Is. 34, 1; Ġer. 8, 16; Eżek. 19, 7) u fit-teoloġija dewteronomika (Dt. 10, 14; 33, 16)V 1:
jagћmel din id-dikjarazzjoni u jippreżentaha fil-ftuћ. Alla ћallieq waћdieni u qawwi, l-art u l-univers huma tiegћu. Kull min jemmen, minn dan jifhem il-proġett ta’ Alla gћall-ћolqien – li hu skop reliġjuż. San Pawl jikkwota dan il-vers biex juri lill-Korintin li, l-ikel li kien moghti lill-idoli u jinxtara mis-suq, jista’ jittiekel bla biża’ gћax kollox hu ta’ Alla u l-idoli m’huma xejn. (1Kor. 10,26).V 2:
Skond l-iskema tal-kosmoloġija orjentali, id-dinja hi art lixxa u enormi li qed isserraћ fuq kolonni mixћutin fuq l-ilma jbaqbaq u kurrenti taћt l-art. Ir-riferenzi huma bosta,( Ġob 38, 4; S 104, 5; Is. 44, 27; SS 18, 16; 78, 69) L-istess ћsieb jinsab fil-kultura orjentali kollha. L-Oċejan hu simbolu tal-baћћ u l-art imdendla fuq dan il-baћћ hi fraġli, hekk li jekk iżżomm, kif żammet, dan hu miraklu ta’ l-id ћallieqa ta’ Alla. Il-ћolqien hu gћalhekk rebћa ta’ Alla fuq il-qawwiet tal-kaos u l-mewt primordjali.Il-Liturġija tad-dћul.
Hi l-liturġija tat-Torah, tal-bieb, bћal dik tal-bidu tal-liturġija penitenzjali qabel il-liturġija tal-kelma u l-Ewkaristja nisranija. Jidher li kien kantat, wieћed iwieġeb lill-ieћor. Hi ndafa morali aktar milli kultwali, li tiftiehem fir-rabta bejn kult u ћajja, qdusija u talb, bћal f’
S 15. Biex tidћol fit-tempju u tagћti qima kif imiss, jinћtieġ ikollok dik id-dispożizzjoni interna meћtieġa mis-S 15.‘Idejn indaf u qalb safja’, v 4, huma l-azzjoni u l-intenzjoni
, il-bniedem kollu kemm hu, mogћti lil Alla u l-Liġi, l-gћażla fundamentali ta’ Alla. U jkompli jagћmilha ċara bil-kliem ‘min ma jagћtix ruћu gћall-frugћa’. Dan jikkundannah it-tieni kmandament, ‘issemmix l-isem ta’ Alla fil-fieragћ’. Il-qima ta’ l-idoli hi kuntrarja gћall-qima xierqa ta’ Alla, u dak li jitlob Salm 119, 37, ‘Tћallix lil gћajnejja jћarsu lejn il-frugћa, agћtini l-ћajja bil-kelma tiegћek’.Ma’ din id-dimensjoni vertikali, tintrabat dik
orizzontali, ‘u anqas ma jaћlef bil-qerq’ v.4. , ‘tixhidx bil-falz’ tad-dekalogu. Hekk imhejji skond ma titlob it-Torah, il-bniedem mhux biss jidћol jagћti qima fit-tempju, imma wkoll biex wieћed jikseb il-barka ,‘ikun imbierek mill-Mulej’ u l-ġustizzja ta’ Alla li tqaddes. Midrax ta’ S 24, japplika vv 4-5 gћal Mosè, Abraham u Ġakob; il-fedeltà lejn l-imġieba morali tal-Patt ta’ dawn il-qaddejja ta’ Alla hi kundizzjoni biex jirċievu l-barka tal-Wegћda. Anki Iżrael hu mistieden jagћmel dan biex ikun werriet tal-Wegћda u l-ġustizzja li Alla jћaddem mhux bћala mћallef imma bћala ћellies kollu ћniena u fedeltà.Il-katekeżi liturġika tikkonkludi bi frażi li tgћ
id min hu il-veru poplu ta’ Alla (v 6), liema hi l-komunità ideali li tista’ tidћol u tara ‘wiċċ Alla ta’ Ġakob’. "Ifittxu” hu l-verb tekniku li nsibu f’Gћam. 5, 5; SS 27, 8; 40, 17 u oћrajn, kważi jirreferi gћal Zakkarija 8, 23:“F’dawk il-jiem gћaxart irġiel mill-ilsna kollha tal-ġnus jaqbdu Lhudi u jżommuh minn tarf il-libsa tiegћu, u jgћidulu: ”Ħa niġu magћkom, gћaliex smajna li Alla magћkom”.
"Ifittxu ’
l wiċċek, Alla ta’ Ġakob”, jimxu lejn dik l-esperjenza ta’ komunjoni spiritwali ma’ Alla permezz tal-fidi ta’ Abraham. Il-Lhudi f’pellegrinaġġ lejn it-tempju jagћmel l-esperjenza ta’ Iżrael fil-mixja fid-deżert lejn l-art li Alla wegћdu, lejn l-Arka tal-Patt, lejn Ġerusalem ta’ l-art u tas-sema, fis-sens sћiћ u eskatoloġiku.L-Epifanija divina fit-tempju (vv 7-10)
Il-proċessjoni waslet fuq l-gћatba tat-tempju u b’ton qawwi jitkanta b’ton ta’danza , “Intrefgћu bibien…” personifikazzjoni gћall-post tax-Xekin
a.Is-sollennità
tal-kwadru tixћet stabbiltà bћal dik ta’ blata u ‘ta’dejjem’, gћax l-gћamara tal-Mulej hawn f’Sijon-Ġeruslaem gћandhom sens eskatoloġiku – dik tas-sema. Il-poplu li jidћol hawn jaf x’ifisser is-sliem, shalom ma’ Alla gћax barra kellu jitqabad sakemm wasal sa hawn.Min se
jidћol huwa "is-sultan tal-glorja" v.7, fis- sens superlattiv –JHWH Seba’ot, Kabod – glorja – gћax hu d-divin. Mat-traxxendenza ta’ Alla hemm il-qawwa tiegћu li tidher fil-ћidma tiegћu favur il-poplu.V 8: "Min hu dan?" jistaqsu l-bibien, (il-qassis/kor minn ġewwa); u t-tweġiba –
“Hu l-Mulej setgћan u qawwi fit-taqbida”.Hu l-qawwi, b’saћћtu bћal f’Is. 43, 17
, aktar qawwi hawn minn bnadi oћra fis-Salterju.
“Dan jgћid il-Mulej, li fetaћ triq fl-baћar,
m
ogћdija fl-ilmijiet qawwija;dak li ћareġ karrijiet u ż
wiemel,eżerċti u rġiel qalbiena f’daqqa;
nxteћtu fl-art, biex aktar ma qamux;
nћlew bћal ftila, u ntfew.”
Hu l-Eroj – Hu trijonf ta’ rebbie
ћ fi gwerra. Dan kien ikun biżżejjed: imma l-aqwa punt (climax) li tasal gћalih l-istrofa titlob kif xieraq eku ta’ din il-qawwa l-glorja ta’ l-eroj. Il-battalji ta’ Alla, il-gwerra qaddisa, mhumiex tant dawk it-taqtigћat li titkellem minnhom il-Bibbja bћall-battalja ta’ Gidgћon li huma verament logћob tat-tfal. Bi 300 raġel armati bi tnabar u qargћa aћmar imћaffer u b’niċċu fih, ћarbtu armata ta’ 300,000 mingћajr ma refgћu xabla jew bastun. Il-battalji ta’ Alla huma dawk kosmiċi.IL-mistoqsija ta’ v10 "Min hu (hu bl-ebrajk
) dan is-Sultan?” Iżrael hu mdawwar minn bosta gћedewwa maћlufa biex jeqirduh, minn bnedmin sa forzi naturali;“Joћroġ il-Mulej bћal wieћed qawwi,
u jqanqal bћal gwerrier il-ћeġġa tiegћu;
jgћajjat l-gћajta tal-gwerra,
ћa juri kontra l-gћedewwa l-qawwa tiegћu. “ (Is. 42,13)
F’dan iż-żmien storiku ,
"JHWH Seba’ot hu s-Sultan tal-glorja". Fil-Bibbja din il-frażi tidher 279 darba, imma mhux fil-Pentetewku, Ġożwè u Mћallfin meta l-poplu kellu dik imsejjћa, “gwerra qaddisa”. Mosè "kull meta kienet tiċċaqlaq l-arka tal-Mulej kien jgћid: ‘Qum Jahweh, u jixxerdu l-gћedewwa tiegћek! U jaћirbu minn quddiemek dawk li jobgћoduk!’ u meta tieqaf, "Strieћ, Mulej, fost l-eluf u l-eluf ta’ Iżrael!” (Num. 10, 35-36).Din il-frażi tidher ma’ David fi
l-ġlieda ma’ Goljat. L-gћadu tal-poplu armat sa snienu u David bi żbandola u ћames ċagћqiet u b’isem ‘il-Mulej ta’ l-eżerċti’. Hekk il-gwerra qaddisa tieћu xejra ġdida. Fi żmien il-monarkija tieћu sens storiku. Fil-bidu il-qawwa tiegћu JHWH ћaddimha f’sens kosmiku; fil-ġlieda mal-kaos u d-dlam tal-bidu li b’ordni tiegћu sar l-ordni u d-dawl. Il-kwiekeb li jaqduh huma l-eżerċtu tiegћu flimkien mal-qawwiet naturali u preternaturali.Fil-profeti l-kbar
(barra Eżekjel, Isaija 54 darba, Ġeremija 77, Zakkarija 44) u fis-Salmi, din il-fażi storika mhix użata fis-sens ta’ Alla gwerrier. L-użu liturġiku wasal biex identifika ‘JHWH Seba’ot’ mas-sens teoloġiku tat-tempju – il-Mulej tal-glorja. Sijon-Ġerusalemm maћluqa minn dejjem biex tkun iż-żokra tad-dinja, tilћaq il-kobor tagћha meta JHWH jidћol fiha bћala rebbieћ. Aqra S 68:
“Int tlajt fl-gћoli, bl-ilsiera warajk,
b
nedmin int ћadt b’gћotjiet tiegћek,Mqar dawk li ma ridux joqgћodu gћalik, Mulej Alla”
, v 19.Dan u dan biss hu l-aqwa punt fejn jista’ u gћandu jilћaq il-Ħolqien,
“Gћax il-Mulej gћaż
el lil Sijon,u xtaqha tkun id-dar tiegћu
:Hawn insib il-mistrieћ tiegћi gћal dejjem!
Fiha rrid noqgћod, gћax ћabbejtha! (S
132, 13-14).Fuq l-gћetiebi tat-tempju ta’ Sijon-Ġerusalemm kulћadd jieqaf , anke dawk li ma jemmnux, u jistennew dehra, epifanija ta’ Alla; id-dehra tal-glorja tiegћu. Ġerusalem
m tas-sema hi l-akbar u l-aqwa epifanija tal-Mulej, l-aqwa u l-akbar rivelazzjoni ta’ Alla, is-Sid u l-Mulej ta’ l-istorja."Jiena huwa l-‘A
lfa’ u l-‘Omega’, jgћid il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li gћad irid jiġi, Min jista’ kollox (Apk. 1, 8).Dun Gorg Mangion, illum 28 ta’ Lulju 2006
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa