SALM 23

IL-MULEJ HU R-RAGĦAJ TIEGĦI

Dan hu salm ta’ esperjenza mistika ta’ bosta li waslu gћall-qdusija, kif ukoll ta’ oћrajn li kienu mitlufa u sabu triqthom lura fi ћdan il-ragћaj il-kbir tal-merћla (Ġw, 10, 11). Biex nagћtu eżempju fost ћafna: “kemm inћossni hieni li jien f’idejn ragћaj bћal dan…Hu dak li jridilna l-ġid veru, li jaf il-ћin kollu jagћtina l-meћtieġ gћall-ћajja”, Charles de Foucauld.

Il-Kardinal John Henry Newman żgur li ra dan id-dawl fis-S 23 li l-Liturġija tal-Knisja Anglikana Gћolja tkanta fil-funerali, meta kiteb dawk il-famużi kelmiet, "Lead me on…” fil-poeżija ‘il-plier ta’ sћaba’ (1833). “Mexxini dawl ћelu fid-dlam li jdawwarni…mexxini! Imexxini, dawl ћelu. Il-lejl mudlam u ninsab ’il bogћod mid-dar, urini t-triq”.

Franz Listz (1859) kien wieћed mill-ћafna kompożituri li immużikah. Tant sar patrimonju tal-bniedem li, insibuh saћansitra fil-letteraturi kollha, kif ukoll dik Indù bil-poeta Tukaram:

Kull fejn immur, hemm int tmexxini.

Int li tmexxini minn idejja.

Fit-triq li fiha miexi,

Int dak li tweżinni.

Fil-mixi, jekk noћroġ mit-triq,

Treġġgћani lura.

O Alla, int tmexxini ’l quddiem.

U issa il-hena tiegћek tinfidni u ddawwarni

U jiena bћal tfajjel li jilgћab f’festa.

G. Ebeling, teologu u axxetiku, fil-ktieb tiegћu “fuq is-Salmi”, jikteb: “Test sempliċi bi ћsieb waћdani: Il-Mulej hu r-ragћaj tiegћi, xejn ma jonqosni. Żewġ frażi, żewġ kelmiet, ragћaj u nagћġa, il-Mulej u jien. Ir-ragћaj isir dak li jistieden. Ir-ragћaj hu Alla li ћalaqni u ћasibli gћal kollox u mill-bidu sat-tmiem jitkellem minn dak li jfejjaqli l-ġriegћi tiegћi.”

Ġw. 10, 11 gћandu rabta kbira ma’ dan is-salm, “jiena r-ragћaj it-tajjeb, jiena nagћti ћajti gћan-nagћaġ tiegћi”, anke jekk Eżek. 34 jidher ћafna qrib Ġwanni. “F’mergћat kollhom ћdura jqegћdni" torbot ma’ Apk. 7, 17 kif it-tradizzjoni nisranija turi mit-tpinġija tal-katakombi li hu Kristu, ir-ragћaj u gћassies ta’ ruћna (1 Pt. 2, 25) li jfittex in-nagћġa l-mitlufa. (Lq. 15, 4-7).

Ir-riflessjoni patristika u popolari nisranija żżewweġ lis-Salm 23 ma’ Ġw. 10. Ir-ragћaj jagћraf lin-nagћaġ b’isimhom (fil-profond ta’ l-esseri) u jћobbhom b’imћabba ta’ missier ( vixxerali , ‘herem’ , ћniena). Il-bniedem li jintelaq f’Alla mhux f’idejn wieћed mikri (Ġw.10, 12-13) imma f’idejn ir-ragћaj li hu Kristu, il-‘bieb’ li jwassal gћat-tempju l-ġdid, idaћћal fil-ġemgћa tal-mifdija, fejn wieћed ‘jidћol u joћroġ, ngћixu miegћu u fih f’gћaqda perfetta.

Isma’ lil San Girgor ta’ Nissa kif jaqrah f’sens sagramentali u ekklesjoloġiku: Kristu jgћallimna li gћandna nkunu nagћġa tar-ragћaj it-tajjeb, immexxijin minn katekeżi lejn il-mergћat u l-gћejun tal-ћajja. Tmut miegћu fil-magћmudija; imma mhix mewt, hu dell biss tal-mewt. U wara li jkun sabbrek bil-bastun ta’ l-Ispirtu, iћejjilek mejda sagramentali, imћejjija quddiem dik tax-xjaten; kienu huma li jassruk bl-idolatrija. Imbagћad jidilkek biż-żejt ta’ l-Ispirtu, u waqt li jagћtik tixrob l-inbid li jferraћ il-qalb, inissel f’qalbek żiffa ћelwa. Kull min daqu jћalli dak li jgћaddi u jaqbad ma’ dak li jibqa’ gћal dejjem, waqt li jgћix gћal dejjem f’dar il-Mulej.”

San Bonaventura jgћid li San Franġisk gћadda min-nofs l-qtajja tas-suldati musulmani biex jiltaqa’ mas-sultan Malek el-Khamil fis-sajf ta’ l-1219, ikanta v 4, li jgћid,” Imqar jekk nimxi f’wied mudlam ma nibżax, gћax inti miegћi ”.


Tassew li xejn ma jonqsu min gћandu lil JHWH; gћandu kull ma jista’ jixtieq.

Il-ġeneru letterarju.

Kif jgћid Gunkel, hu kantiku ta’ fiduċja. “Inti miegћi ” f’v 4 hi dikjarazzjoni ta’ stqarrija ta’ fiduċja li tinsab fil-qalba tas-salm, fiduċja li ma tiġix nieqsa anqas quddiem id-dlam li jkebbeb l-eżistenza tal-bniedem; li gћalhekk joqrob ћafna lejn salm ta’ lamentazzjoni. Il-mixja metaforika, il-mixja tal-ћajja li tieћu gћat-tempju u gћalhekk hu salm ta’ dћul fit-tempju., tat-telgћa lejn l-gћolja ta’ Sijon.

L-ambjent, jew ‘Sitz im leben’ tas-salm, ћafna jfittxuh fis-salmi tat-tempju. Dan iservi biex wieћed jidћol aktar fil-fond fis-sbuћija tas-salm. Weiser jgћid li hu salm li jiżvolġi fil-liturġija tat-tempju fejn il-bniedem ikollu din l-esperjenza waћdanija ta’ Alla ragћaj. Ma jonqosx min bћal Merrill jarah bћala salm gћall-inkurunazzjoni tas-sultan, Salamun fosthom, jew gћall-festa tal-bidu tas-sena, il-mewt u l-qawmien simboliku tas-sultan.

Billi hu salm sempliċi mill-aktar, hemm it-tendenza li l-istudjużi aktar iћawwduh, kif jgћid Gossmann. Gћal Mittman hu salm ta’ radd il-hajr (Dankslied). Mowinckel jippreferixxi iћallih gћalih waћdu, ma jqegћdu fl-ebda kategorija. Hu espressjoni ta’ Tradizzjoni reliġjuża tal-poplu tal-patt.

Mowinckel ifissru bћala talba ta’ wieћed li wara li jagћti qima fit-tempju, jitlaq gћal gћonq it-triq tal-ћajja bil-problemi tagћha. It-tama li jerġa’ lura sena oћra.

Vogt jitlaq minn v 5 u jara bniedem mixli b’inġustizzja li ma wettaqx, waqt li qed joffri sagrifiċċju ta’ radd il-hajr, imdawwar mill-gћedewwa, jara quddiemu t-tempju li jistkenn fih bi dritt ta’ kenn u hemm jiddikjara li hu bla ћtija. Iwiegћed li kull tant żmien jiġi fid-dar ta’ Alla.

Hu salm ta’ talba kollettiva u fl-istess ћin individwali: il-Jien ekklesjali ta’ Iżrael kollu kemm hu. Hu s-salm ta’ l-esodu, l-gћanja tal-ћelsien u ta’ mixja lejn Sijon il-ћielsa (Wellhausen). S 23, salm ta’ poeta li jqiegћed lil Alla, ‘ragћaj ta’ Ġakob li jmexxi l-poeta (lill-poplu) lejn il-mejda messjanika u ekklesjali ta’ l-gћaqda ma’ Alla. (Ara Is. 25, 6-12; u 65, 13-14).

Ħafna awturi, billi David hu r-ragћaj il-kbir ta’ l-Antik Testment, attribwewh lil David u lil żmienu. Skond Ravasi inkiteb wara l-eżilju minћabba l-ambjent tipoloġiku ragћaj, ilma, dlam, mejda u mixja, kollha tipiċi tat-Tieni Isaija, u tat-tieni eżodu minn Babilonja (Eżek. 34).

Is-simbolu tar-ragћaj.

Il-merћla timxi u tfittex mergћat. Il-bedwini tal-Lvant nofsani fir-rebbiegћa jfittxu mergћat fl-gћoljiet, fis-sajf iduru madwar l-gћelieqi maћduma u jfittxu l-mergћa wara l-ћassada, u jlaqqtu dak li jћallu warajhom. Din hi avventura li r-ragћaj jgћix mal-merћla, ikollu nagћaġ tqal u oћrajn ireddgћu li jmexxihom bil-pass tagћhom, jeћtieġ iћarishom mill-annimali li lesti jiżbranaw xi waћda li toћroġ mill-merћla u ma jonqsux il-bdiewa li jћarsu bl-ikrah lejn ir-ragћaj jekk ma jarawhx bћala theddida, ћalliel. Xi drabi ma jћalluhomx jidћlu fl-gћelieqi tagћhom. Ir-ragћaj jitlaq u ma jafx fejn se jasal, meta u kif, jekk qatt jasal. Jimxi, jorqod u jqum, jiekol jew ma jiekolx, bil-gћatx u gћajjien bћal ma huma n-nagћaġ; jaqsam magћhom l-istess ћajtu, ћajja u mewt, hu qiegћed magћhom.

It-tfittxija tal-mergћat fir-rebbiegћa tat bidu gћall-festa tal-qamar tar-rebbiegћa, u wara gћall-festa ta’ l-Gћid tal-poplu ta’ Iżrael.

Ir-ragћaj hu gwida, imma fuq kollox hu sieћeb fil-vjaġġ; hu biss jaf u jista’ jagћti ћarsien, sigurtà, ћajja jew mewt lill-merћla. Hu gћalhekk imxebbah mar-re kif ukoll id-divnità (JHWH). Ir-ragћaj hu salvatur, il-ћila tiegћu li jmexxi lejn mergћat tajba tiddeċiedi x-xorti tal-merћla. Hekk Alla hu r-ragћaj, David hu ragћaj u l-Messija jkun ir-ragћaj. Mhux bћar-ragћajja ta’ Ġeremija li jxerrdu l-merћla (Ġer. 23, 1-4) imma bћal dak ta’ Mikea 5, 3 li jiddeskrivi lill-Messija. F’Zak. 13, 7 ir-ragћaj jinqatel biex il-merћla tixtered, gћax JHWH se jagћti ragћaj ġdid lill-poplu ġdid tiegћu.

JHWH ragћaj hu l-istess bћal meta tgћid JHWH sultan. Hekk ir-ragћaj jidher aktar b’wiċċ ta’ missier ћanin u sabiћ ta’ Alla sultan (SS 17, 8; 27, 5; 31, 21) Mela dan hu wkoll innu lil JHWH sultan, kantat mhux minn komunità imma minn individwu ,‘Tiegћi’ tal-bidu. Ma’ dan jaqbel Ġeremija u Eżekjel (kap 18).

Is-simbolu ta’ l-ospitalità

L-ilma fejn nistrieћ v 2, ihejji l-mejda bil-ћobż, l-inbid u ż-żejt li bih jindilku, li huma sinjali minn barra ta’ din l-ospitalità li gћaliha huma tant magћrufa l-orjentali. Salmi 5, 5 u 15, 1 jitkellmu mill-mistednin ta’ Alla, u Ġesù bil-parabbola tal-mistednin ta’ Matt. 22, 1-14. Hu l-Mulej innifsu li jiddeskrivi lilu nnifsu bћala dal li "jitћażżem , iqegћdhom madwar il-mejda u jgћaddi quddiemhom iservihom” (Lq. 12, 37).

Id-dar li l-Iżraelita kien joћlom ma kienet xejn gћajr id-dar ta’ Alla, it-tempju, fejn ‘sa l-gћasfur isib fejn jgћammar’ u ‘l-ћuttafa tagћmel il-bejta tagћha'. Issa waddab wara spallejh it-tbatija tal-vjaġġ, il-perikli mill-gћedewwa, kollox, u joqgћod gћall-ikla ta’ radd il-hajr, simbolu ta’ l-intimità tat-talb f’ikla ta’ komunjoni. Hi l-mejda apokalittika-messjanika ta’ Is. 25, 6 –

"Jagћmel il-Mulej ta’ l-eżerċti

gћall-popli kollha fuq din il-muntanja,

mejda b’ikel fin, mejda bi nbejjed ћelwa,

b’laћam imsemmen bil-mudullun u nbejjed fini.”

Ġesù permezz ta’ pranzu joffri s-salvazzjoni lill-midinbin u lill-publikani (Lq.15), il-missier jagћmel festa lill-ibnu li reġa’ lura wara li kien mitluf, (Lq 15, 11-32).

Lq. 14, 15-24 u Mt. 22, 1-10 jagћtuna l-parabbola tal-pranzu tat-tieġ tal-Ħaruf, bin is-sultan, tћabbira messjanika-apokalittika minn qabel ta’ “Henjin dawk li huma mistiedna gћall-ikla tat-tieġ tal-Ħaruf" (Apk. 19, 9).

Eseġeżi.

L-Innu tar-Ragћaj (1-4)

Is-salm jiftaћ bi proklamazzjoni kerigmatika u fl-istess waqt polemika: "Il-Mulej u ћadd aktar, hu r-ragћaj tiegћi”. Gћandi Lilu u biżżejjed. U mill-ewwel gћandna deskrizzjoni ta’ waqfa fid-deżert, f’oasi. “Xejn ma jonqosni”, fiduċja assoluta. Hi tifkira tal-mixja tal-poplu fid-deżert fejn ma kellu lil ћadd u xejn ћlief lil JHWH, gћajn tal-fiduċja illum u dejjem.

Dak li mhux soltu hu l-ilma, gћax ix-xena hi dejjem niexfa u maћruqa bis-sћana tax-xemx, fejn iġri u ġib lil min jiġri u qajla ssib qatra ilma. Imma r-ragћaj jaf isib il-post fejn wieћed jistrieћ tassew u jitrejjaq. Ifakkruk f’Isaija 49, 9-10 fejn lura minn Babilonja l-itturrufnati jsibu ilma u

“ma jeћodhomx il-ġuћ u anqas l-gћatx;

u ma tolqothomx is-sћana u l-anqas ix-xemx.

Gћax min ћenn gћalihom imexxihom

U jgћaddihom minn ћdejn gћejun ta’ l-ilma”.

 

Ilma ta’ mistrieћ, Il-vulgata “acquae refectionis”, ilma ta’ paċi u sliem, Shalom, gћandhom rabta ma’ l-art imwegћda: “Imbierek JHWH li ta l-mistrieћ lill-poplu tiegћu Iżrael bћalma kien wegћdu (1 Sl. 8, 56), Ġożwè "Il-Mulej serraћhom minn kullimkien..” (Ġoż. 21, 44) u David, “Nagћmel post gћall-poplu tiegћi Iżrael, u nqegћdu hemm fejn jgћammar bla biża’" (2 Sam 7, 10). Mela hemm l-idea ta’ l-art li Alla ta lill-poplu bћala don, u tilifha, jew aћjar Alla ћadhielu meta dineb; l-istess bћalma Adam kien imkeċċi mill-Gћeden u l-midneb li ma jidћolx fil-ћajja.

"Hemm hu jrejjaqni", v 3 jagћtini l-ћajja bћala persuna ћajja mimlija ћeġġa.

Ara ftit Lam. 1, 11.16, kemm hi storja differenti:

“Il-poplu kollu tagћha jokrob u jfittex il-ћobż.

ibdlu ġidhom l-gћażiż ma’ l-ikel sabiex jinћjew. (11)

Gћalhekk jien imbikkija u d-dmugћ iġelben minn gћajnejja;

Gћax tbiegћed minni min isabbarni u jaћjini”. (16)

Vv 3b-4: Il-mixja tar-ragћaj, hi minn triq żgura u bla biża gћax triq tal-ġustizzja, innoċenza u ћlewwa ta’ Alla. Hi t-triq li twassal dritt gћand Alla, it-triq tas-sewwa li Alla biss jafha u fiha jmexxi lil dawk li jћobb “minћabba l-isem tiegћu”. Hi t-teoloġija tal-grazzja: Alla jsalva lill-poplu tiegћu u b’hekk juri li hu Alla qawwi, jeżisti u jaћdem u li dan kollu jagћmlu b’xejn, bi gratwità, “bi grazzja intom salvi” (Ef. 2,5) B’hekk jitgћolla ismu fost il-ġnus, imqar meta jikkastiga, gћax dan jagћmlu gћax iћobb, biex isalva l-poplu u jqaddsu.

Jaqa’ d-dlam u l-lejl ikebbeb kollox b’mantar iswed, Imma ‘ma nibżax gћax inti miegћi’. Mhux biss mogћdija minn wadi, hi li taqsam minn periklu kbir, dwejjaq, biża’, mard u theddid ta’ mewt, wied mudlam, wied tal-mewt, (salmawet). Hu l-wied tal-kuxjenza, il-mixja tal-pellegrin lejn id-dar tad-dawl –

“Ejja dar Ġakob, ћalli nimxu fid-dawl tal-Mulej” (Is. 2, 5)

Min jimxi fid-dlam bla ebda dawl fih,

Ħa jittama fil-Mulej, u jistrieћ fuq Alla tiegћu” (Is. 50, 10).

Il-Ħatar u l-gћasluġ huma żewġ simboli żgћar f’din il-mixja: il-ћatar, xettru hu difiża u l-gћasluġ hu gwida. L-ewwel wieћed hu simbolu tar-re, is-setgћa li jiġġudika, it-tieni hu dak li fuqu wieћed iserraћ, jistrieћ, sieћeb ta’ min jivvjaġġa. Ir-ragћaj hu sigurtà. Is-Santi Padri jaraw fih is-Salib li jsalva.

Jwennsuni v 4, jagћti qawwa, kuraġġ lil min m’gћandux. Isaija 40,1 jagћmel il-qalb lill-ilsiera f’Babel biex jaqbdu t-triq u jmorru lura lejn arthom: "Farrġu, farrġu l-poplu tiegћi” jgћid Alla tagћkom. Dak li jimxi miegћek hu Alla.

L-Innu tal-mistieden (vv 5-6)

Jiftaћ b’dikjarazzjoni simbolika: “Int thejji mejda gћalija”. Mejda jew aћjar ‘sulhan’, bћal tvalja tal-ġild ta’ annimal kbir, xi ġemel li fuqha jitqiegћed ikel imhejji b’imћabba lejn il-mistieden. Xi ћaġa speċjali kienet id-dawl taћt din it-tinda tal-bedwini f’dak id-dlam taqtgћu b’sikkina; u hekk ukoll dik is-sћana tal-laqgћa ta’ merћba.

Tnejn huma s-simboli: iż-żejt ifuћ imsawwab fuq ras min joqgћod biex jiekol u t-tazza tfawwar jiġifieri bl-abbundanza. Minn fuq ir-ras iż-żejt jinżel mal-ġisem biex jidlek il-muskoli tal-ġisem u jserraћ il-ġilda mis-sћana tikwi tad-deżert.

Quddiem l-gћedewwa tiegћi v 5. Anke S 5, 9, "Mexxini Mulej fis-sewwa tiegћek minћabba l-gћedewwa tiegћi”.

Fl-oasi tal-paċi tat-tempju, taћt il-ћarsa ta’ Alla, l-gћedewwa kif ukoll it-tempesti kollha tal-ћażen jehdew.

V.6: It-tinda fejn hu milqugћ il-mistieden, tinbidel fit-tempju, fl-alleanza, Tjieba u ћniena huma żewġ attributi ta’ Alla, ‘hesed w emet’, attributi tal-patt. Huma dawn li jwassluh sat-tempju gћax dawn “jimxu miegћi” bla waqfien, bla ma jegћjew. “L-imћabba ta’ Kristu ssuqna" (2 Kor. 5, 14).

U gћalhekk il-poeta jiddeċiedi, “hawn ngћammar sakemm indum ћaj”. Xi verżjonijiet jaqraw, “niġi lura” jew “nerġa’ niġi”, gћax jarawh bћala salm tal-pellegrinaġġ gћat-tempju. Imma G.F. Ravasi jippreferi “ngћammar”.

“Ħaġa waћda tlabt lill-Mulej,

ћaġa waћda nfittex:

li ngћammar f’dar il-Mulej

tul il-jiem kollha ta’ ћajti. (S 27, 4)

Hekk is-Salm jagћlaq b’mod sabiћ: "dar il-Mulej” hu dak li wieћed jixtieq.

Dun Ġorġ Mangion, illum 13 ta’ Lulju 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1