Salm 18
Gћanja ta’ Sultan meћlus u rebbieћ
Salm 18 hu gћanja qawwija u pittoreska , solenni u ћajja, b’simboli gћonja u antropo-morfiżmi, b’linja ta’ ћsieb mżewwqa, madankollu ix-xbieha ta’ Alla traxxendenti u ma tistax tieqaflu, joћnoq fi ftit is-salm. Hu salm lhudi, antik u bla dubju ta’ David – tas-seklu 10 – u jixbah gћanjiet Eġizzjani indirizzati lil Fargћun, jiġifieri linja letterarja mxerrda dak iż
-żmien fil-lvant qrib. “Alla jћarriġli jdejja gћat-taqbida tista’ tkun ispirata minn tpinġija eġizzjana fejn alla Seth qed juri lil Tutmose kif juża l-ark u l-vleġġa.Dan is-salm insibuh f’verżjoni oћra f’2 Sam. 22 b’xi dettalji differenti u miġbur fil-qosor f’S 144, 1-11. Erba’ versi 9, 10, 17 u 22, huma l-istess, hemm 59 varjazzjoni u xi arajmiżmi, li juru li s-salm intuża ћ
afna u kien xi ftit mimsus, kien irtukkat; “b’daqshekk ma jfissirx li 2 Sam 22 hu aћjar, anzi, Salm 18 hu aktar qawwi u ta’ min jippreferih” (Cross u Freedman). Is-simboli sur, fortizza, blata u s-sultan fuq riġlejh fir-rebћa, flok riekeb, flimkien ma’ xi dettalji oћra grammatikali juru l-epoka ta’ David.Dan it-‘Te Deum’ tas-sultan kien kantat f’bosta żminijiet bћal fi żmien Ħeżekija u Ġosija u kien meћ
ud bћala innu nazzjonali lil Alla wara l-eżilju. Seta’ tkanta wkoll fi żmien il-Makkabin. Hu kantiku ta’ rebћa, qawwi u arkajk, li jista’ jadatta ruћu gћall-Kristjanitа: ir-rebћa ta’ Kristu timliena b’sentimenti ta’ qawwa rebbieћa fuq id-dinja u fuq il-mewt, elementi essenzjali ta’ l-ispiritwalitа nisranija.Madwar is-salm 18 hemm ġab
ra żgћira tal-salmi rjali, 20, 21 u 22 (skond xi wћud) – ifakkru rebћa minn ћakma umiljanti gћas-sultan u n-nazzjon, fejn ir-rebћa nkisbet gћax is-sultan kien fidil lejn Alla, vv 21-28, u sejjaћlu vv 4.7. Ir-radd il-hajr hu l-akbar gћan, jissopponi ћakma u lamentazzjoni vv 2-6, u hu mfisser b’teofaniji ta’ Alla ћellies fi strofi mqallba, vv 8-16. Vv 21-28 fihom stqarrija negattiva, jew stqarrija ta’ innoċenza skond id-dritt ta’ l-alleanza. (Ġob 31; S 89, 31-38; 132, 12).Il-Binja tas-salm hi fi stil ta’ o
ttonarji ta’ metru klassiku (3+3 aċċenti) li joћloq ċerta armonija, b’eċċezzjoni ta’ v 51 li hu differenti jew seta’ tћassar maż-żmien. L-istess fil-ftuћ, vv 2-4, baqa’ biss ‘kenn’; wara v 3 nifhmu “Inti l-kenn tiegћi li ssalvani, int teћlisni mill-vjolenza” . Mill-v 29 ’il quddiem jiftaћ marċ solenni u marzjali ta’ tifћir gћall-ћelsien u r-rebћa. Huma ћames strofi, jiddiskrivu xeni li waћda tidћol b’ћeffa wara l-oћra, fejn Alla jlibbes l-armi tal-gwerra lill-fidil tiegћu.A. Il-Ftuћ hu innu bћal li
tanija (vv 2-4) : l-ewwel ottonarju.B. Lamentazzjoni qasira (vv 5-7) it-tieni ottonarju.
C. Teofanija (vv 8-16) affresk mill-isbaћ.
It-tielet ottonarju (vv 8-10).
Ir-raba’ ottonarju (vv 11-14a).
Il-ћames ottonarju (vv 14b-16).
B’.
Il-ћelsien. (vv 17-20) Is-sitt ottonarju.C’. Stqarrija ta’ innoċenza, l-gћaliex tal-ћelsien (vv 21-28).
Is-sebgћa ottonarju (vv 21-24).
It-tmin ottonarju. (vv 25-28).
D. It-todah il-kbira u marzjali (vv 29-31).
Id-disa’ ottonarju. (vv 29-31).
L-gћaxar ottonarju (vv .32-35).
Il-ћdax-il ottonarju (vv 36-39).
It-tnax-il ottonarju (vv 40-43).
It-tlettax-il ottonarju (vv 44-46).
Antifona tal-bidu (v 29)
L-ewwel kwadru (vv 30-37): Alla u l-armi.
It-tieni kwadru (vv 38-43):
l-gћedewwa.It-tielet kwadru (vv 44-46): il-barranin.
A’. Konklużjoni b’dossoloġija (vv 47-50) l-erbatax-il ottonarju.
Żjieda ermenewtika aktar tard.
Is-Simboli
Nibdew bis-simboli ta’ l-istabbiltà ta’ v 3 fejn hemm ġabra tas-simboli kollha tal-fedeltà biblika – Alla hu blata soda li ma titћ
arrikx u miegћu l-bniedem iqabbad u fuqu jserraћ permezz tal-fidi (‘amen): dawn huma blata, fortizza, ћellies, sur, tarka, kenn. Tiddomina l-blata li tidher ukoll f’vv 32, 47 turi l-fiżonomija fiżika tal-Palestina. Blata gћandha tifsira qawwija fil-lvant qrib u daћlet fil-Bibbja bћala attribut tat-traxxendenza ta’ Alla gћoli, sod u ċert li jћares lil dawk li huma tiegћu.F’midrax ta’ Ħabaqquq Alla jissejjaћ blata u fit-tieni mit-tnax-il barka tas-sinagoga jingћad: “Minn dejjem kont gћajnuna gћal missirijietna, kenn u salvazzjoni…blata ta’ Iż
rael". Fil-Ġdid Testment ‘il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka" (Mt. 21, 42; At. 4, 11), id-dar mibnija fuq il-blat, (Mt. 7, 24-27; Lq. 6, 47-49) il-ġebla tax-xewka, (1 Pt. 2, 6; Is.28, 16) il-ġebla ta’ tfixkil, (Rum. 9, 32-33) Kristu l-blata (1 Kor. 10, 4) u Pietru blata ta’ Mt. 16,18, kollha juru l-istess sodizza u stabbiltà ta’ Alla.Is-simboli militari mhux biss huma mistennija f’gћanja marzjali talli huma ћafna. F’vv 8-16 tinћass il-ġlieda kosmika li toћroġ fit-todah ta’ l-aћћar. (47-51). Is-swar tal-belt telgћu magћhom u l-belt imdawwra f’assedju. Alla hu dak li jћarreġ lis-sultan gћat-taqbida, v 35, u jmexxih lejn il-punti stratetiġiċi, jurih il-punti
debboli ta’ l-gћadu fejn jattakka u jirbaћ. Jagћtih it-tarka v 36 jew ilibbsu l-armatura tal-ġlieda, jћażżmu bil-qawwa gћat-taqbida, jiġri wara l-gћedewwa, 37-38 u r-rebћa hi sћiћa, rebћa ta’ Alla.Is-simboli teoloġiċi nsibuhom matul is-salm 18, l-aktar
fix-xena tat-teofanija (8 +) li hija kosmoloġija meta Alla jidher u juri t-traxxendenza tiegћu bit-tqanqil ta’ l-art u s-sema, xena ta’ vjolenza poetika bћal dik tas-Sinaj, Es. 19. Hi dehra ta’ Alla li ġġib fix-xejn il-mewt. Xi drabi nsibu xeni ta’ kaos, ilma bla kontroll li Alla biss jista’ jiddomina, jew v 5 ‘imwieġ ta’ Beljal’, xitan li jibla’ kollox bћax-Xe’ol. L-ilma gћandu fih bћal qawwa militari, bћall-eżerċtu kotran ta’ l-gћedewwa. F’v 29 ix-xena tiddawwal b’dawl ċkejken ta’ musbieћ, li jfisser li Alla jdawwal il-passi tal-bniedem bil-kelma msoffija bin-nar, v 31, jew minn Alla li jrebbaћni.It-tempesta u t-tqanqil ta’ l-art huma marbuta mal-korla ta’ Alla (xena antropomorfika), id-duћћan ta’ mnifsejh bћad-duћћan tas-Sinaj huma wkoll liturġiċi u jiċċelebraw it-traxxendenza fil-presenza toefanika. Vv 10-11 Alla ma jћallix s-sema imma jagћti x’wieћed jifhem li już
ahom biex jinżel u jnewwel idejh lill-bniedem; hi xena pittoreska. Fis-Salm 18, waqt li Alla jibqa’ fis-sema jersaq b’mod li jbeżża’ lejn id-dinja biex jagћmel ġudizzju, jeћles u jsalva. Il-karru li jirkeb Alla huma l-kerubini jew l-arka li jinbidlu f’nar li jinżel b’ћeffa mar-riћ qawwi, ‘Alla jirkeb fuq il-kerubini u s-sћab’ S 68, 5.34.Insibu wkoll is-simbolu spazjali triq, kelma oћra flok ћajja. v 31.33. Min jimxi fit-triq ta’ Alla jimxi ћafif u sod. Is-simboli tal-kaċċa v 6 jiddeskrivu fejn iridu jwaqqgћuh il-ћżiena. Il-bniedem isib ruћu f’hemm kbir v 7 u f’v 20, biss, iћossu meћlus minn Alla. Iċ-ċriev v 34 huma sombolu ta’ ћeffa u velo
ċità, it-triq wiesa’ u bla xkiel huma ’l fejn Alla jmexxi l-bniedem meћlus mill-ilmijiet . It-triq li minnha jgћaddu l-ћżiena hi triq tiżloq li fiha jitgћaffġu bћal ma wieћed jgћaffeġ fit-tajn.Esiġeżi
Is-salm gћandu titlu itwal mis-soltu fejn barra l-isem ta’ l-awtur u l-mod kif jindaqq, jitqiegћed fil-kuntest storiku tal-ћelsien ta’ David minn idejn Sawl. (2 Sam. 7, 28-29). Xi esiġeti jibdlu Sawl u kitbu Xe’ol skond vv 5-6, imma Ravasi ma jaqbilx.
Il-ftuћ jiġbor fih litanija ta’ sejћat lil Alla. ‘Inћobbok Mulej’ gћandha l-verb (rhm) li juri l-imћabba ta’ l-omm, rhm-vixxri, u din hi d-darba waћdanija fejn Alla hu l-oġġett mhux suġġett ta’ l-imћabba. Xi wћud jippreferu ‘ngћollik’ li hi bla sens.
Alla hu qawwa, blata, mela sod, ma jilgћabx, hu mћabba qawwija; blata tiegћi hawn tista’ tfisser ukoll biċċa art gћolja, quċċata ta’ blata li wieћed bilkemm jista’ jilћaqha u meta jilћaqha ћadd ma jista’ gћalih, l-gћedewwa ma jilћquhx. JHWH hu wkoll ‘mesudah’ il-quċċata tal-muntanja, forsi bћal Masada, l-aћћar
kenn tal-Lhud li rreżistew lir-Rumani fit-73, W.K. Alla hu wkoll ћellies - joћorġok ћieles mill-gћadu.Wara s-sur tal-kenn (sur) jidher il-verb (hsh), verb ta’ fiduċja li wieћed iћoss li gћandu gћax qiegћed f’post imћares sewwa wara ġirja iddisprata gћall-ћajja; gћalhekk tarka terġa’ tidher f’vv 31.36. F’Ġen. 15,1, Alla nnifsu jippreżenta ruћu lil Abraham, ”Jiena tarka gћalik”. Kultant isibu wkoll il-qarn, sinjal militari, sinjal ta’ qawwa, “qawwa ta’ salvazzjoni” (cornu salutis) Lq. 1, 69. Alla hu wkoll ‘fortizza’ (misgab) post gћoli mgћasses tajjeb. (S 9, 10; 46, 8.12; 48, 4; 59, 10.17.18; 62, 3.7; 94, 22; 144, 2).
V 4 hu l-qalba ta’ din l-istedina gћat-tifћir, Hallel, ‘ta’ min ifaћћru’. L-gћedewwa hi fil-plural jew l-gћadu l-kbir li aktar tard fis-salm
isir il-protagonista.
Lamentazzjoni qasira (vv 5-7)
Xena b’kuluri suwed, mimlija biża’ ta’ mewt, bniedem qrib ix-Xe’ol imxebbah ma’ mwieġ ta’ ilmijiet qerrieda, ‘mwieġ tal-mewt’, Beljal il-qerried il-kbir. It-tieni hi xena tal-kaċċa, ‘xbiek tal-mewt’ u
‘ћbula dawruni’, imma tlabt il-Mulej u sama’ leћni. Forsi gћalhekk ix-xena hi daqstant sewda u tal-biża’, biex tidher f’kuntrast l-gћajnuna ta’ Alla ! It-tempju, ‘hekal’ hu palazz, jew id-dar ta’ Alla fuq l-art, imma joqgћod fis-sema, f’linja vertikali. Imma stenna ftit u Alla jidher f’Teofanija mill-isbaћ, vv 8-16, xena qawwija u mżewqa sew.It-teofanija tibda’ b’theżhiża ta’ l-art gћax din tibża’ u titqanqal (Eż. 19) gћ
as-‘saћna tal-korla ta’ Alla’ li tista’ tћossha fid-duћћan ћiereġ minn imnifsejh. In-nar ma jistax jonqos li juri t-traxxendenza ta’ Alla: ilsna ta’ nar dehru wkoll f’Pentekoste (Atti 2, 3). Is-simboli użati juri żewġ faċċati ta’ l-istess veritŕ, salvazzjoni u ġudizzju, it-tnejn imorru flimkien. Gћamos 5, 18 “Jaћasra gћalikom li tixitequ jum il-Mulej! Il-gћala triduh, Jum il-Mulej? Dlam hu u mhux dawl”. U Isaija 29, 6, “Il-Mulej ta’ l-eżerċti jżurek bir-ragћad, theżhiż u ћsejjes kbar, b’riefnu u tempesta, u ilsna ta’ nar qerried.." Il-qawwa tat-tempesta turi l-qawwa ta’ Alla li jiġi biex jiġġudika, jsalva u jћares. Il-fatt li jidћol fl-istorja hu sinjal li hu qrib, jimpurtah, jidћol fi djalogu u intimitа; il-bniedem jiltaqa’ ma’ l-Ieћor kollu kemm hu, ma’ Alla fil-kuntest ta’ taqlib kosmiku.Vv 10-11. Is-smewwiet jinfetћu biex Alla jkun jista’ jidher f’dehra Sinajitika, sћaba u ċpar; u JHWH bћal gwerrier qawwi jirkeb fuq il-kerubini u ġwienaћ ir-riћ. Eż.15, 3 jkanta “Il-Mulej gwerrier, JHWH ismu!” Hawn jingћaqdu natura, (sћab, riћ,) storja (eż
odu) u kult, (il-kerubini ta’ l-arka) biex jibnu t-tron ta’ Alla. ‘Rikeb u tar’, xbieha ta’ v 12 ukoll, turi lil Alla li jaћkem l-univers, “Sebћu jiksi s-smewwiet, foћritu tiksi l-art” (Ħab. 3, 3). Din hi żviluppata f’v 12 li mhux tant ċar, imma żgur li juri lil ‘Alla moћbi’, gћaliex il-bniedem ma jistax jieqaf quddiem id-dehra ta’ Alla hekk qawwi, l-infinit. Mas-sћab iswed jingћaqad id-duћћan ta’ l-inċens u ta’ l-offerti, simbolu tad-divinitа.V.13. It-taqlib issa jsir vjolenti u jidћlu s-simboli tal-gwerra; hu vers diffiċli fejn Alla jidher jaqsam is-sћab u tibda’ t-taqbida. Mill-mantell iswed ta’ Alla joћorġu l-gћodda tal-gwerra, il-ġudizzju ta’ Alla. Jaћbtu gћall-art il-qawwiet kosmiċi li Alla juża bћal armatura tiegћu meta jeћodha kontra l-ћaż
en tad-dinja – silġ u ilsna tan-nar. Art u sema jieћdu sehem u f’v 14 jidћol ir-ragћad li hu meqjus bћala l-leћen ta’ Alla irrabjat, imma gћajn ta’ tama. (Is. 30, 30). Hu Alla, l-esseri divin, it-traxxendenti, leћnu jagћmel ġudizzju mill-art (S 46, 7), ġudizzju deċisiv biex isalva l-umli ta’ l-art. (S 67, 9-10).V 15. Il-beraq u s-sajjetti huma l-vleġeġ li bihom Alla jћarrab l-gћedewwa quddiemu.
V 16.Hu xena tal-ћolqien: Alla mћallef ta’ dak li sar u tal-baћћ, il-baћar jaћrab quddiemu, id-dinja tinkifex gћerja u jidhru qigћan il-baћar gћall-kelma setgћan ta’ Alla bћal ragћda. (Hawn xebh kbir ma’ l-Eżodu). L-oċean, simbolu tal-baћћ u tal-qerda li jeћodha kontra l-ћajja, kontra l-esseri, hu gћadu tas-salmista li qed jitlob tant li jkollu jaћrab flok jinqered; din il-ġrajja ta’ sultan lhudi tingћata dehr
a ta’ taqbida kosmika.Il-ћelsien (vv 17-29)
Wara li Alla daћal b’qawwa kbira ta’ teofanija kulurita, araw issa ћeles l-imsejken minn ‘gћedewwa b’saћћithom’. L-ilma, il-baћћ u x-Xe’ol huma t-tmiem u l-gћedewwa huma dawk li jifilћu iż
jed minnu, il-mewt u dawk li jobgћoduh. Imma kollu gћalxejn! Alla daћal, gћenu u ћelsu billi waqaf miegћu u ћarġu ’l barra fil-wisa’ (id-djieq hu l-ћabs), ‘gћax lili jћobbni’, v 20. Din hi r-raġuni tal-ћelsien: Alla jћobb lill-fidili tiegћu. Is-salvazzjoni hi don, rigal imma wkoll ћlas. S.Wistin iqiegћed fuq fomm Gesщ u l-Knisja l-kelmiet ta’ v 2 “inћobbok Mulej” lil Alla l-Missier li jћobb b’imћabba safja.Stqarrija ta’ innoċenza (Vv 21-28)
Jekk l-imћabba ta’ Alla hi l-aspett teoloġiku tal-ћelsien, l-aspett antropoloġiku,
l-innoċenza tal-fidil (hasid) hi kawża sekondarja imma effikaċi ta’ l-istess ћelsien. Il-‘hasid’ jinsisti li hu bla ћtija, ‘ma tbegћidx minn Alla tiegћi’ v 22 u gћalhekk hu ġust f’gћemilu u jћoss li gћandha ssir ġustizzja miegћu. Il-libertа tal-bniedem li biha jżomm sћiћ mal-patt, ma tistax titwarrab u gћalhekk jidћol il-mekkaniżmu tar-retribuzzjoni, ‘raddli l-Mulej skond il-ġustizzja tiegћi’ (v 25; S 24, 4; 26, 6). Il-ġustizzja titlob premju. (S 7, 4-5.9; 17,3-5; 26). Dan id-djalogu antropoloġiku u teoloġiku hu fil-bażi tal-morali biblika. “skond is-safa ta’ jdejja...’ hi t-teżi tar-retribuzzjoni.V 22. ‘Jien żammejt triqat il-Mulej...’ hi sapjenzjali u dewteronomika, liġi divina tal-Patt.
Jidher li hawn riferenza gћal David li, “gћamel is-sewwa f’gћajnejn il-Mulej, u qatt f’gћomru kollu ma warrab minn dak kollu li kien ordnalu l-Mulej ћlief fil-każ ta’ Urija l-Ħitti” (1Sl. 15, 5). F’v 22b jgћid li qatt ma apostata minn Alla, bћal ma gћamlet kemm-il darba id-dinastija ta’ David, “Imma int ma kontx bћall-qaddej tiegћi David....li kien jimxi warajja b’qalbu kollha....mort gћamilt allat oћra… u lili xћettni wara dahrek” (1Sl. 14, 8-9). Kien fidil, v 23, u bla tebgћa, v 24, ż
amm triq il-Mulej. v 31.V 26-28, min-naћa tiegћu Alla ‘ma’ min hu tajjeb, jimxi bit-tajjeb’. Mhux biss imma Alla jsalva lil-fqajjar (ani) li jagћżel ’l Alla u l-liġi tiegћu, ‘imma gћajnejn il-kburin tbaxxihom’. (Lq. 1, 51-52; 18, 14). L-armonija li kisser il-qawwi inġust, tiġi mwaqqfa.
It-todah l-kbira u marzjali. (v 29-46)
Tiftaћ b’radd il-ћajr solenni, il-ftuћ tar-rit tal-“Luċernarju” li jhejji gћat-talba ta’ filgћaxija jew il-vespri tal-liturġija Ambrosjana - ‘Inti tixgћel, Mulej, il-musbieћ tiegћi’ v 29. Alla dejjem ippreżenta lilu nnifsu bћala dawl. ‘fanal gћal riġlejja l-kelma tiegћek’ (S 119, 105; Ġob 29, 30; 18, 6; 21, 7).
L-ewwel kwadru (v 30-37). Alla mhux biss dawl imma wkoll qawwa – armi tal-gwerra li jagћtu sigurezza kontra l-gћedewwa armati u organizzati. Is-sultan li qed jitlob, se jiftaћ attakk u jirbaћ ‘is-swar’ gћax Alla hu ‘tarka gћal min jistkenn fih’ v 31. L-gћajn ta’ din il-qawwa li gћandu min qed jitlob hi ‘dritta hi t-triq tal-Mulej’ li fetaћlu quddiemu. V 33. Jista’ jkun hawn riferenza gћall-profezija ta’ Natan (2 Sam. 7) li wiegћed stabbiltа
lis-sultan David u lid-dinastija tiegћu. V 31b hu vers sapjenzjali li gћandu sens qawwi; jaqta’ r-ritmu u l-ћsieb biex idaћћlu.‘Gћax min hu Alla ћlief JHWH?’ v 32. Hawn jibda r-radd il-ћajr b’dawn iż
-żewġ attributi divini, tarka u kenn ta’ v 3, tas-setgћa qatt mirbuћa ta’ Alla li ma jћallix il-fidil tiegћu jintilef. JHWH biss hu Alla li wieћed gћandu jћobb, hu li jeћles; fuq dawn isserraћ il-fidi vera u lilu jixraq it-tifћir. Mqar fl-armi li Alla jagћti, tarka u swar, joffri lis-sultan gћodda biex jiġri ћafif bћaċ-ċriev u jqegћdu fiż-żgur fuq l-gћoljiet. Hu jmexxih fit-triq id-dritta, it-triq it-tajba u ġusta u jqegћdu fil-gћoli biex jara dak li jara Alla, dak li slaten oћra (bћal dak ta’ Babel, Is. 14) xtaqu jaraw u ma rawx. Alla jtellgћu hemm fejn is-sultan Sanћerib gћajjar ’l Alla u ћaseb li se jitla’, imma “ix-xebba bint Sijon” stmerritu u iddieћket bih (Is. 39, 22.24).‘Idejja jћarriġli gћat-taqbida’ v 35. Alla jgћallmu t-teknika tal-armi tal-ġlieda; kif jaqbad arma sofistikata. U jaqleb jitkellem fit-tieni persuna ma’ Alla v 36, ‘Int’, li tћarriġni, li tagћmilni qawwi u kbir. Int lili tiftaћli t-triq, ma nitfixkilx, imma lill-gћadu tiegћi tfixklu, jaqa’ u nirbћu. Din hi l-gwerra qaddisa, din l-armatura ta’ Alla ta’ Ef. 6, 14-15.
V 38-43 jiftaћ it-tieni kwadru bl-gћedewwa mirbuћa. Is-sultan qawwi u ћafif jeћodha gћal wara l-gћedewwa u jġib rebћa kbira fuqhom, iġibhom fix-xejn, jagћmilhom trab. Jumiljahom. Alla jġib il-ћaqq fuq l-art permezz ta’ l-umli li jkun maћqur meta jrebbћu. V 40 bћal v 33a ifakkar ir-re
bћa ta’ Alla li ћażżmu bil-qawwa u fetaћlu t-triq quddiemu. Ix-xena umiljanti ta’ min jinġieb fix-xejn hi xena orjentali bћal dik ta’ Goż. 10, 24. “Ersqu ’l hawn u qegћdu riġlejkom fuq gћonq dawn is-slaten”. It-trab itir mar-riћ (ruah), isir trab magћġun tajn misћuq taћt is-saqajn f’salib it-toroq, jew pjazza (rewah). Xejn ma swielhom li talbu l-gћajnuna u ‘sejjћu lill-Mulej’ v 42, gћax ma weġibhomx. Fil-kuntest ta’ salm ta’ David dawk li sejjћu lill-Mulej setgћu kienu l-familja ta’ Sawl (2Sam. 2-5) jew il-ћbieb ta’ Absalom (2 Sam. 2-5) jew is-sultan Davidiku Ħeżekija fiż-żmien meta Sanћerib ћabat gћal Ġerusalemm. B’mod ġenerali nifhmu l-gћedewwa tal-bniedem ta’ Alla li jgћajjtu u ma jġux mismugћa gћax Alla hu fuq in-naћa tal-fqir maћqur biex jagћmillu ġustizzja.It-tielet kwadru, vv 44-46, huma l-barranin li jaqgћu mifnija. F’sens teoloġiku Alla hu li jitqabad imma r-rebћa jġibha s-sultan u s-slaten ta’ madwar jifhmu li jaqblilhom jidћlu fi sћab ma’ Iżrael b’alleanza diplomatika, imqar jekk qabel ћasbu kif jaqilbu s-setgћa tas-sultan. Hekk is-setgћa tas-sultan tieћu dehra kosmika billi Alla iddefendih. Il-fraż
i ‘Ulied il-barranin’ wasslet xi eżeġeti jaћsbu li sar xi tibdil wara l-eżilju (Eż. 44, 7).V 44 is-sultan jiddikjara ruћu meћlus mill-ġellieda u sar ras ta’ bosta ġnus. Popli barranin ġew b’gћotjiet u qagћdu gћalih. Jidher li hu sultan messjaniku rebbieћ fuq l-gћedewwa bћal Salm 2, u issa jsaltan fis-sliem f’isem Alla.
Dossoloġija ta’ l-Gћeluq (vv 47-51)
"Ħaj il-Mulej!" Hi akklamazzjoni regali (1 Sl. 1, 31; 2 Sl. 9, 13) li tiftaћ id-dossoloġija ћalfa solenni u stqarrija ta’ fidi (S.5, 13; 21, 14; 46, 11; 57, 6.12) u tagћti bidu gћal litanija bћal v 3, sensiela ta’ titli li Alla ћaj u mhux mejjet jew rieqed bћall-‘allat tal-popli’, il-waћdieni li jsaltan fuq Iżrael. Hu jaћdem fl-istorja, hu blata u kenn ta’ Iżrael u s-sultan. Il-barka tkompli fil-v 48-49 bl-gћaliex ta’ din it-todah; ir-rebћa hi ġudizzju ta’ Alla fi kliem ieћor, titћallas, vendetta (Num. 31, 3; Eż. 25, 14) waqt li l-popli huma taћt is-sultan bћallikieku l-Mulej. L-gћedewwa huma nies vjolenti, (gћedewwa soċjali, jew kalunnja) dawk li jaћbtu gћalija (qawwa militari) jew l-gћadu l-kbir, il-mewt.
V 50 ‘Gћalhekk infaћћrek…’ is-sultan jipproklama lill-Mulej sultan ta’ l-univers kif jikteb Pawlu lir-Rumani, 15, 9, “Gћalhekk jiena nfaћћrek fost il-ġnus u ngћanni tifћir ismek”.
Din il-jiena tista’ tkun ukoll il-jiena tal-poplu tad-djaspora meta wara l-eżilju l-Lhud imxerrda barra l-Palestina gћ
arfu l-missjoni tagћhom bћala poplu li jsalva l-ġnus. (Is. 12; 57, 10). Fid-dawl tal-profezija ta’ Natan (2 Sam. 7) is-sultan messjaniku mwiegћed lil David hu barka u ћarsien, David il-ġdid u ta’ dejjem. (ara Lq. 1, 55). Gћalhekk il-figura ta’ David tisfuma u jidћol Ġesщ Kristu b’mod li l-liturġija nisranija tista’ tinqeda b’dan is-salm bћala salm tar-rebћa ta’ Kristu.Dan hu fil-qosor dak li jgћid L. Alonso Schokel: “L-Univers hu maqsum fi tlieta, sema, art u abbiss. Il-bniedem fuq l-art hu l-protagonist fil-ġlieda, mdawwar minn gћedewwa jew l-oċean, li hu ma jistax jirbaћ waћdu tant li jeћtieġlu jitlibbes b’qawwa mill-gћoli, mit-traxxendenti, minn Alla li hu blata u kenn, jew il-muntanja Ġerusalemm, jekk trid, fejn tgћammar ix-Xekinа. Dan Alla ma jassistix indifferenti gћal din it-taqbida tal
-bniedem imma jinżel u jkisser iċ-ċirku, jeћles u jqiegћed il-bniedem fil-wisa’, (20, 37) fuq il-muntanja fil-gћoli (34, 49) fejn l-gћadu ma jistax jilћqu. Id-dinja tal-mewt hu l-abbiss, qiegћ il-baћar. L-gћedewwa li jqumu gћalih jitniżżlu sal-qiegћ u jsiru trab, tajn li r-rebbieћ jgћaffeġ taћt saqajћ.(S.110, 1). Ir-rebћa hi ta’ Alla li biex tidher kienet meћtieġa t-taqbida. Filwaqt li s-salvazzjoni hi ta’ Alla il-Bibbja tgћallem ukoll li l-bniedem jagћti sehmu biex tinkiseb.”
Dun Ġorġ Mangion, illum 6 ta’ Novembru, 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa