Salm 16
L-gћanja tal-mistika
Alla l-aqwa ġid u hena
Dan l-innu-meditazzjoni-djalogu hu lirika mill-isbaћ li sar famuż gћal erba’ raġunijiet:
Dimensjoni letterarja
Is-salm wasal
gћandna b’xi tibdiliet; naraw x’nistgћu nagћmlu biex naslu gћal dak li kien meta nkiteb. Fl-ewwel versi gћandna ċaћda ta’ l-allat foloz u wara fil-vv 5-6 iva bla tlaqliq gћal JHWH. V.2 hu marbut mat-tema tal-Levitiku, l-gћażla u l-Patt. L-imgћoddi tas-salmista kien wieћed ta’ idolatrija u issa ngћata gћall-qima ta’ JHWH. Niftakru li dan is-salm hemm min jattribwih lil qassis jew levita; jista’ jkun ukoll li dan il-qassis jew levita kien jgћix f’sinkretiżmu reliġjuż, (jaqdi lil Alla u lix-xitan) gћax kien hemm qligћ kbir jekk wieћed jagћmel dan u kienet tentazzjoni kbira biex wieћed jagћmel dan. (Ara Ġer. 14, 13-16; 23, 9-40; 27, 9-10.16-18).Kif jinqasam
Antifona tad-dћul – Sejћa li nsibuha bosta drabi.
L-ewwel strofa vv 2-6: stqarrija ta’ fidi.
a, l-iva lil JHWH. v 2.
b. il-le lill-idoli. vv 3-4
c. Iva oћra lil JHWH. vv 5-6
It-tieni strofa: vv 7-11; il-mixja tal-ћajja.
a. daћla u barka. v 7
b. il-mixja sal-qabar. vv 8-10.
c. il-mixja tal-ћajja. v 11.
Is-simboli
L-ewwel simboli huma dawk tal-ġisem. F’v 7 f’sens letterarju hemm ‘kliewi’ li jfissru l-imġiba morali u l-gћażliet tal-bniedem. Il-leminija v 8 hi sinjal ta’ ћarsien ġuridiku, bћal min iżomm ix-xabla f’idu l-leminija, ћielsa fil-movimenti. Qalbi v 9 jew il-kuxjenza, marbuta ma’ fwied, gћajn ta’ l-emozzjonijiet.. F’v 10 hemm ‘nefes’ nifs, jew il-ћajja. Waqt li v 11 hemm wiċċ, il-preżenza ta’ Alla u mill-ġdid lemintek, jew il-glorja.
Gћandna simboli spazjali: l-istorja u l-etern magћqudin permezz tat-Triq. JHWH hu fuq quddiem, fuq il-lemin jew f’qagћda ż
gura, u hekk is-salmista ma jiċċaqlaqx v 8. Il-mixi hu żgur u ta’ mistrieћ. Mill-verżjoni tas-70 Pietru jikkwota l-vers 10, u flok ‘jara l-qabar’ fil-kerygma jgћid, ‘jara t-taћsir’. (Atti 2, 27). Meta l-mixja ta’ l-istorja tal-bniedem tasal hemm, jara tinfetaћ quddiemu ‘t-triq tal-ћajja’, eternitа ta’ komunjoni ma’ Alla.Is-simbolu Art: dik ta’ Kangћan u l-oћra tas-sema. L-art ta’ Kangћan messet lil Iż
rael b’xorti u wirt, skond it-teoloġija patrijarkali – dixxendenza, art – li kienu barka u wegћda. Kienu grazzja, gћotja b’xejn. Gћotja ta’ mћabba preferenzjali. Tant l-art ta’ Kangћan kif ukoll is-sema kienu sinjal ta’ din il-barka u grazzja – komunjoni ma’ Alla.Ħames kelmiet insibu hawn li jiddeskrivu l-art: lotterija, kalċi (tazza), xorti, kejl u wirt.
L-art tqassmet minn Gożwe’ b
’lotterija lill-ћdax-il tribщ, Levi ma jidћolx, biex ma jkollu ebda kwistjonijiet politiċi u ġlied; sehmu kien JHWH u jgћixu mil-liturġija. (Ġoż. 14, 3) . Hawn tieћu dimensjoni spiritwali flok dik ġuridika.Kalċi
jew tazza, hi t-tazza ta’ l-ospitalità (S 23, 5) li daћlet fil-liturġija (116, 13), li jista’ jinbidel f’sinjal ta’ biża’ (S 75, 9). Kalċi hu wkoll destin, xorti tajba jew ћażina. Xorti skond it-tfigћ tad-dadi fil-festa tal-Purim (Es. 28, 30; Num. 27, 21; 1Sam. 14, 41-42). Kienet marbuta ma’ din is-smigћ ta’ l-oraklu divin. (Ġoż. 21, 4; Atti 1, 26)Kejl jew ћabel biex tkejjel
li kien juri l-biċċa art li messitek b’xorti. L-art kienet titqassam kull sena bix-xorti bejn il-kapijiet tal-familji. (Num. 26, 55; 33, 54). “Hu li xeћet xortihom, u idu qassmitilhom l-art bil-ћabel. Tkun wirthom gћal dejjem, minn ġenerazzjoni gћal oћra jgћammru fiha” (Is. 34, 17)Wirt
gћandha sens aktar profond matul l-istorja ta’ Iżrael. L-istess wirt mess lill-ћdax u lil-Levi, “Gћalhekk Levi ma kellux sehem fil-wirt ma’ ћutu; il-Mulej hu l-wirt tiegћu”. (Dt. 10, 9). Kienet wegћda u gћalhekk kienu jgћidu: “Il-Mulej hu s-sehem ta’ wirti u xortija”, tant jekk art kemm ukoll jekk dћul mis-sagrifiċċji.Esiġeżi
Antifona tad-dћul, v
1Kif gћedna, din id-daћla hi ġakulatorja li tiġbor il-ћsieb tas-salm kollu, gћanja ta’ fiduċja... Alla jћares il-bniedem li jafda fih u jintelaq f’idejh. Isejjaћ lil ‘El
, sejћa lil Alla f’forma antika li juri li s-salm ġej minn żmien imbiegћedL-Iva lil
JHWH v 2. Hi stqarrija mill-isbaћ, testment spiritwali ta’ xi qassis jew levita bћal S 73. ‘Iżda jiena l-hena tiegћi hu li nkun qrib Alla’ v 28. F’S 16, hi stqarrija ta’ fidi suġġestiva ћafna: JHWH mhux biss hu gћajn ta’ ferћ u ġid, imma hu l-istess ferћ u ġid, ‘Tob’ per eċċellenza. Gћalhekk il-monoteiżmu bibliku mhux definizzjoni xotta xotta, imma esperjenza li twarrab kull ћaġa oћra li wieћed ћabb u qiem. Huwa le deċiżiv gћall-idoli vv 3-4. Il-fidi hija gћażla fejn il-bniedem ikisser il-pontijiet li jgћaqqduh ma’ l-imgћoddi, jaqsam il-baћar bejn l-Eġittu u d-deżert, u jibda l-mixja fid-deżert lejn art ġdida, ћajja ġdida. Aspett negattiv tal-fidi, jekk trid (ara Is. 44, 9.18-20) .Imma is-salmista gћaraf jinћeles u f’v 3 iћares lura u ’l quddiem. Jiċћad l-imgћoddi fl-idolatrija u jћares ’il quddiem lejn il-qima vera ta’ JHWH. Hi l-istorja tal-poplu li tirrepeti ruћha l-ћin kollu: “U Ġuda gћamel il-ћażin f’gћajnejn il-Mulej, u bi dnubiethom xegћlu lill-Mulej bl-gћira aktar milli kienu gћamlu missirijiethom.” (1 Sl. 14, 22-24). F’v 4 jidћol b’impenn fl-gћażla l-ġdida gћax l-imgћoddi offrielu biss miż
erja u tbatija.Jiċћad l-idolatrija billi ma joffrix aktar sagrifiċċji u ma jsemmihomx aktar, v 4b. Min joffri sagrifiċċji lill-allat jew lil JHWH jingћaqad ma’
l-allat jew ma’ JHWH, kif ukoll min isemmi l-isem li hi l-persuna. Il-kult u l-kelma huma żewġ modi kif wieћed ikun f’komunjoni ma’ l-idoli jew ma’ JHWH; l-ewwel bit-tixrid tad-demm u l-ieћor b’mod uffiċjali u ġuridiku. Hu gћalhekk li fit-tielet kmandament Alla jordna, “issemmix l-isem ta’ Alla fil-batal” Es. 20, 7. Issemmi l-isem jiġifieri jkollok il-persuna f’idejk u taћkima, jew maġija; gћalhekk f’Es. 3 isem-il Mulej ma jingћatax gћalkemm jidher raġġ mill-glorja tiegћu ta’ salvatur. Fil-każ ta’ l-idoli jfisser ukoll li l-glorja li tixraq u tistћoqq biss lil Alla tingћata lill-idoli, tidћol magћhom f’komunjoni sћiћa.Il-wirt m’gћandux prezz. Diġа rajna xi ћaġa fis-simboli ‘art, wirt’. Art li tgћaxxaq, sehem gћal qalbi hi l-komunjoni ma’ Alla, hi d-don tal-libertà, jew teżor fis-sema ‘fejn xejn ma jitmermer, la bil-kamla u lanqas bis-sadid u fejn m’hemmx ћallelin jinfdu u jisirqщ (Mt. 6, 20), hi art u mhix art, hi d-don tal-preżenza ta’ Alla.
Fl-ispirtu levitiku hi l-bażi tas-saċerdozju ta’ Aron: “Gћ
alhekk it-tribù ta’ Levi ma kellux sehem fil-wirt ma’ ћutu; il-Mulej hu l-wirt tiegћu...” (Dt. 10, 9). Tiftaћ gћalhekk il-bieb gћal ћajja mhix fuq biċċa art imma fil-ћajja ta’ dejjem, art li tagћha kienet xbiha l-istess art imwegћda, Iżrael veru. U hekk tithejja t-teoloġija kristjana tas-saltna tas-sema, is-saltna ta’ Alla, ġawhra bla prezz, teżor moћbi, art li tgћaxxaq. v 6. “Is-salmista ma jgћidx, ‘O Alla agћtini wirt! X’se tagћtini bћala wirt? Dak kollu li tagћtini barra minnek, ma jiswiex. Kun int il-wirt tiegћi”, jikkummenta S. Wistin.It-triq li twassal gћall-ћajja (vv 7-11)
V 7. Jiftaћ b’barka u tifћir lil Alla li jmexxi lil dawk li jћobbuh billi jdawwal il-moћћ u l-qalb – il-bniedem sћiћ – minћabba fir-riskju li l-passjonijiet u l-emozzjoni tal-bniedem joћorġuh mit-triq ta’ Alla, Alla jgћallem u jifforma l-bniedem fir-rieda ta’ Alla. “Skond il-ћsieb tiegћek tmexxini, mbagћad fis-sebћ tilqagћni” S 73, 24. It-test już
a’ ‘kliewi’ jew il-personalità tal-bniedem, l-umanità tiegћu fejn Alla juri ruћu u jkellmu.V 8. L-intimità tidher ukoll bi preż
enza minn barra: hu bћal missier li jimxi quddiem ibnu fi triq imwegћra. Il-bniedem li jintelaq f’Alla hu fiż-żgur. Hu bћal gwerrier fuq il-lemin tiegћu biex driegћu l-lemini li jxejjer ix-xabla jkun ћieles biex jista’ jiddefendih: u din hi l-gћajn tas-sliem u l-ferћ tiegћu. v 9. E. Dhorme studja l-użu metaforiku tal-partijiet tal-ġisem: l-esseri kollu tal-bniedem - passjonijiet ( kliewi), kuxjenza (qalb), sentimenti (fwied), u umanità (laћam) huma kollha gћejun ta’ ћajja u ferћ. V 9 jitkellem fuq ferћ, hena u kwiet jew l-hena tal-mistika, l-gћaqda tar-ruћ ma’ Alla.Is-salmista jara jinfetaћ quddiemu abbiss, ix-Xe’ol. Il-bniedem jitwerwer meta jћabbat wiċċu ma’ dak li jhedded l-eżistenza tiegћu, ikun ix-xe’ol, ikun xi jkun. Dak li jhedded l-hena u l-ferћ jilma’ quddiemu imma hu ċert li Alla ma jћallihx jintemm fix-xejn. Il-maћbub, hasid, hu l-bniedem qaddis aktar milli tajjeb biss.
V 10 jagћti raġuni gћaliex Alla se jeћilsu milli jara t-taћsir u f’v 11 kif se jimlieh bil-hena gћax se jgћallmu t-triq tal-ћajja, se jara wiċċ Alla u jifraћ u se joqgћod fuq il-lemin ta’ Alla. Il-mixja tal-ћajja hi l-eżistenza umana, terminu sapjenzjali – it-triq gћall-ћajja (Pr. 2, 19; 5, 56; 6, 26; 10, 17). Min gћandu gћal qalbu t-triq ta’ Alla u jimxi dritt fuqha, min gћandu l-biż
a’ ta’ Alla hu l-bniedem żgur u kuntent. (Pr. 12, 28). Tara wiċċ Alla hi l-milja tal-ferћ u l-hena; hi t-Teofanija fit-tmiem ir-riti tat-Tempju, wirja li Alla ћares lejk b’imћabba. Il-leminija ta’ Alla, espressjoni gћażiża fis-salterju, hi l-milja tal-glorja (S 110, 1). Dar is-sultan kienet fuq il-lemin tat-Tempju u s-sultan kellu t-tron fuq il-lemin ta’ l-Arka. Mela l-‘hassid’ hu taћt il-ћarsien ta’ JHWH bћal qaddej quddiem sidu lest biex jilqa’ l-ġid li jagћtih. Kristu wkoll qagћad fil-lemin tal-Missier – mela l-‘hasid’ hu Kristu u dawk li huma ta’ Kristu.Is-salm jingћata tifsira
immortalistika u Messjanika. Il-bniedem meta jsib ruћu quddiem l-akbar theddida gћall-eżistenza tiegћu u jћoss li Alla hu miegћu biex jeћilsu, jġarrab l-akbar ferћ u hena. Il-qabar u t-taћsir huma l-aћћar kelma u dawn huma mirbuћa. Din it-tifsira kompliet tissaћћaћ bil-kerygma ta’ Pietru (At 2, 27) u ta’ Pawlu f’Antijokja ta’ Pisidja (At 13, 14-43). “David, wara li fi żmienu gћamel ir-rieda ta’ Alla, miet u nġabar ma’ missirijietu; u huwa ġarrab it-taћsir. Imma dak li Alla qajjmu mill-imwiet ma ġarrabx it-taћsir.” Il-Padri tal-Knijsa komplew fuq din il-linja.Ingћata wkoll tifsira
retribuzzjonistika , jew sempliċi dikjarazzjoni ta’ fiduċja fi ћlas gћal ћajja tajba. Hekk Ġob jgћaddi mill-prova u jista’ jkompli miexi fit-triq li kien qabad u Alla jimlieћ b’bosta ġid u wlied. Imma din mhix biżżejjed.Gћalhekk nikkonkludu:
1. Salm 16 mhux biss proklamazzjoni ta’ fidi fl-eskatoloġija, imma l-immortalità u l-eternità huma r-rebћ
2. Is-salmista jћoss li l-ћajja ta’ dejjem, il-ћajja divina hi diġа
miżrugћa fil-ћajja ta’ issa – xejn u ћadd ma jista’ jifirdu mill-imћabba ta’ Alla fi Kristu Gesù.3. Fil-ћsieb tal-Bibbja mhemmx firda bejn preżent u futur, kif bejn ruћ u ġisem fil-bniedem, imma huma ћaġa waћda. Il-mistika Biblika hija dan it-tislib bejn Alla etern u l-bniedem finit. Din hi l-ћaġa li s-salmista gћandu quddiem gћajnejh u din hi ċ-ċertezza li gћandu u li tagћtih il-ferћ.
4. Mill-esperjenza ta’ fidi u mistika tinbet it-tama ta’ ћajja ta’ dejjem ma’ Alla. “Fid-dar ta’ Missieri hemm ћafna postijiet, li ma kienx hekk kont ngћidilkom. Sejjer inћejjilkom fejn toqgћ
odu…" (Ġw. 14, 2-3).
Dun Ġorġ Mangion, illum 20 ta’ Awissu 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa