Salm 15

Il-mistieden ta’ JHWH u d-dekalogu tiegћu

Dan hu salm ieћor minn dawk li H. Gunkel jikklassifika bћala Liturġija tad-dћul, ‘Torliturgie’. Hu tip ta’ att penitenzjali fil-liturġija ta’ l-Ewkaristija, aktar mill-innu tad-dћul. Dan hu l-bieb li fetaћ Ġesù Kristu skond S. Pawl (Ef. 2, 14):

“Kristu hu s-sliem tagћna, hu, li minna t-tnejn gћamel poplu wieћed, billi ġarraf il-ћajt li kien jifridna – il-mibegћda ta’ bejnietna…”

Fit-tempju ta’ Ġerusalemm ma kienux jidћlu ћlief il-Lhud ċirkonċiżi – il-pagani kienu jaslu sal-bitћa. Fit-tiġrif tat-Tempju ta’ Erodi instabu faxex ta’ rћam li kienu jheddu bil-mewt lil min kien jazzarda jidћol.

L-indafa ritwali mitluba mill-Bibbja kienet destinata biex issir waћda etika u eżistenzjali kif mitluba mid-dekalogu. F’Eżodu 20, il-Patt, isir l-eżami tal-kuxjenza ta’ kull min se jidћol biex jagћti qima. Fuq dan tant jisћqu l-profeti li dawk is-salmi, bћal 15 u 24, huma kerygma profetika, gћax jinsistu fuq talb-ћajja, liturġija – eżistenza, qima – soċjetà. Nagћti issa żewġ eżempji mill-profeti Mikea 6, 6-8 u minn Isaija 33, 14 -16.

"Biex se nersaq quddiem il-Mulej,

u nitbaxxa quddiem Alla l-Gћoli?

Se nersaq quddiemu b’sagrifiċċji tal-ћruq u b’gћoġġiela ta’ sena?

Il-Mulej se jogћġbuh l-eluf ta’ mtaten

u l-gћaxriet ta’ eluf ta’ widien ta’ żejt?

Se noffrilu ’l ibni l-kbir b’sagrifiċċju gћad-dnub tiegћi?

Se nagћtih l-ewwel wild tiegћi, il-frott ta’ ћdani gћal ћtijieti?”

Bniedem, huwa xriek x’inhu tajjeb

u x’jistenna minnek il-Mulej:

li tagћmel dak li hu ġust,

Li tћobb u tkun ћanin,

u li tkun umli fl-imġiba tiegћek ma’ Alla tiegћek.”

Dik ta’ Isaija tant hi qrib S 15, li ћoloq diffikultajiet billi xi interpreti jgћidu li wieћed hu mill-ieћor. Castellino jpoġġi magћhom Salm 24 u jgћid li kollha joћorġu bћala katekeżi jahwista ta’ Es. 22 u tad-dekalogu Dt. 26, 1-15.

“Min minna se joqgћod ma’ nar qerriedi?

Min minna se joqgћod ma’ nirien dejjem iћeġġu?

Min jimxi fis-sewwa u jgћid id-dritt,

min jistmerr il-qligћ miksub bil-qerq,

min iwarrab idejh biex ma jixxaћћamx,

min isodd widnejh biex b’tixrid ta’ dmija ma jismax,

min jagћlaq gћajnejh biex ћażen ma jarax;

dan jgћammar fl-gћoli:

fortizza taż-żonqor il-kenn tiegћu,

il-ћobż tiegћu isibu,

u l-ilma qatt ma jonqsu."

Ġeneru Letterarju.

Hemm dibattitu sћiћ dwar il-ġeneru letterarju tas-salm. Kraus jaћseb li dan is-salm jgћid lil min se jidћol jagћti qima fit-tempju kif gћandu jkun imhejji – liturġija tal-milqugћ – hekk li jispiċċa bћala talba personali. Gћal Osterley, hu l-qassis – gћassies li jistaqsi lil min ikun dieћel jekk hux imhejji kif jixraq. Hu gћalhekk ‘katekeżi sapjenzjali’ gћal Castellino. Koole irid jgћid li hu salm gћal ‘jum l-inkoronazzjoni’ tas-sultan, b’mistoqsijiet dwar tmexxija tajba ta’ gvern jahwista; Jekk is-sultan jiksirhom , jinqata’ minnufih mill-kult. L.Delekat jgћaqqad S 15 ma’ S 24 u jgћid li hu salm ta’ kenn gћal min irid jidћol fit-tempju, dawk ћatja ta’ delitti mhux hekk gravi daqs l-omiċidju u l-ћtif. Garcia de la Fuente jqisu bћala ‘kerygma profetika’, kliem ta’ tћeġġiġ biex wieћed jgћix skond ma jemmen.

Ravasi , waqt li jwarrab l-idea ta’ ritwal ta’ inkoronazzjoni, jarah bћala ‘liturġija tad-dћul’, jahwista fil-ћsieb, ibbażat fuq morali biblika, eżiġenti imma mhux moralista, fl-ispirtu tat-teoloġija profetika.

Nistgћu nqassmuh hekk:

V 1: Mistoqsija uffiċċjali tad-dћul, minn min dieћel, lil qassis fil-bieb tat-‘Tinda’ (dar). L-ewwel gћamara li JHWH gћażel gћalih kienet tinda.

V 2-5: Ħdax-il punt ta’ etika, soċjoloġija u dritt ta’ Iżrael, tlieta ġenerali, tlieta lejn il-proxxmu, tlieta oћra vertikali lejn il-proxxmu u tnejn ġuridiċi.

It-tempju joffri kenn u sigurtà gћal min jidћol imhejji kif xieraq.

Fis-simboloġija (li mhix rikka) jiddomina t-tempju , dar (v 1), jew aћjar, tinda, gћolja, jgћammar u ma jitћarrekx, jew stabbli (v 7) gћal min hu sewwa f’qalbu, it-tempju hu kenn sod u gћal dejjem. It-tinda ta’ qabel it-tempju ta’ Salamun kienet turi l-presenza (‘Xekina’) ta’ JHWH. Hekk li ‘twaqqaf tinda’ (verb XKN) turi l-gћerq tan-nom, relazzjoni verb – nom.

Il-ћdax-il kundizzjoni – preċetti mitluba minn min se jidћol biex jagћti qima – huma Kelma; li gћalhekk il-Kelma gћandha post importanti u tiddomina.

Eseġeżi.

Il-pellegrin li jistaqsi u l-laqgћa li jkollu huma żewġ temi ћajjin gћall-kultura tal-popli orjentali bibliċi. Biżżejjed niftakru fis-S 22 (23) fejn ir-ragћaj li jmexxi l-merћla jinbidel f’dak li jilqa’ l-mistednin taћt it-tinda fejn hejja mejda biex wieћed jinfatar u jistrieћ. It-tinda ssir tassew it-‘tinda tal-laqgћa’, it-tinda li tibqa’, u gћalhekk hu xieraq li l-qassisin-gћassiesa mal-bieb tat-tempju jistaqsu u jfakkru lil min irid jidћol dak li hu mitlub minnu gћax se jidћol biex joqgћod. Kemm jagћti interpretazzjoni sabiћa ta’ dan Pawlu f’2 Kor. 5,1:

“Aћna nafu li jekk din it-tinda ta’ l-gћamara tagћna fl-art tiġġarraf, aћna gћandna dar oћra, maћduma mhux bl-idejn, imma xogћol ta’ Alla, gћal dejjem fis-sema”.

X’jitolbu l-qassisin-gћassiesa? Ħdax-il preċett – numru suġġestiv li skond it-Talmud ta’ Makkot: "David ġabar 613-il kmandament tat-Torah fi ћdax”. U t-teologu lhudi tas-seklu 3, Rabbi Simaj ikompli: "Isaija niżżilhom gћal sitta, (Is. 33, 15), Mikea gћal tlieta (Mi.6,8), Isaija reġa’ niżżilhom gћal tnejn (Is.56,1) u fl-aћћar Gћamos (Gћam 5, 6), Ħabakkuk (Ħab. 2, 4) – gћal wieћed: "Fittxu l-Mulej u tgћixu”, u “Il-ġust jgћix bil-fedeltà tiegћu” (Ħab. 2, 4).

Kollox imniżżel gћall-meћtieġ, mhux biex tagћmel rit, imma fil-livell eżistenzjali biex wieћed jgћix esperjenza reliġjuża. S 15 hu sejћa gћal imġiba morali, mhux legalista, imma personali u eżistenzjali, gћall-ġid tal-komunità.

V 2: “Min jgћix bla ћtija”, jagћżel waћda miż-żewġ toroq miftuћa quddiem il-bniedem , it-tajba u l-ћażina. Salm 1 jitkellem ċar u bla tlaqlieq u jagћti t-ton gћas-Salterju kollu. Ġob kien bniedem ta’ integrità, fl-imġiba u t-twemmin (Gb 1, 5), "raġel perfett u tajjeb" (1, 1).

“Jagћmel it-tajjeb”, dak li talab JHWH fis-Sinaj. Gћal Ġwanni “jagћmel is-Sewwa" – il-verità (3, 21). Ifisser ukoll ‘sedeq’ ġustizzja, gћax iwieġeb gћall-armonija tal-proġett li Alla gћamel fil-Ħolqien. “Iftћuli l-bibien tal-ġustizzja, ћa nidћol minnhom” (S 118, 19-20).

“Jgћid is-sewwa f’qalbu”, il-qalb hi l-kuxjenza; jintalab mela eżami tal-kuxjenza. U dawn huma t-tlett virtujiet kbar tal-Bibbja, Integrità, Verità u Ġustizzja. “Mhux min jgћidli ‘Mulej, Mulej’ imma min jagћmel…” (Mt. 7, 21).

V 3: Tlett dmirijiet lejn il-proxxmu: “Min ma jqassasx bi lsienu”. Delitt mhux rari fil-ћajja ta’ komunità – ixxerred fama ћażina – kontra t-tmien kmandament.

“Ma jagћmilx deni lil ġaru”, dmir lejn il-proxxmu , Iftaћ idejk u kun twajjeb lejn il-proxxmu . “Dak li tobgћod int, tagћmlux lil ћaddieћor” (Tob. 4, 15) u b’mod pożittiv, Ġesù, "Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagћmlu lilkom, agћmluh ukoll intom lilhom” (Mt. 7, 12).

“Ma jgћajjarx lill-gћajru”. Il-Kelma, gћall-orjentali hi bћal arma, li toqtol. “Imma jien ngћidilkom li l-kundanna tistћoqq ukoll lil min jinkorla gћal ћuh..” (Mt. 5, 22). Tiskanta kif ma jissemewx l-omiċidju, is-serq u l-adulterju, tlett dnubiet kbar. Tgћid gћaliex minn qabel wieћed jeskludihom f’min se jagћti qima?

V 4: Insibu tlett proposti oћra. It-tlieta vertikali, imqanqlin mill-imћabba ta’ Alla.

“Min ma jistmax il-bniedem ћażin” jew il-ћarba mill-ћażin li hu dak li Alla warrab minnu. Dak li jagћżel lill-bnedmin tajbin minn dawk ћżiena hi l-gћażla, jew nuqqas ta’ gћażla, li wieћed jagћmel ta’ Alla u l-Patt. “Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ћżiena…" (S 1, 1).

Imma Ġesù meta ġie, kiel mal-pubblikani u l-midinbin, u mar ifittex n-nagћġa l-mitlufa. Wieћed joqgћod attent li ma jaqgћax fl-integraliżmu reliġjuż.

U gћalhekk it-tmin dmir hu li wieћed jingћaqad b’impenn ma’ min jibża’ mill-Mulej, jew ma’ min jemmen. Li ‘tibża’’ neћduha fis-sens li ‘tћobb’. Tћobb lil min jemmen, taћrab lill-midneb.

Id-disa’ dmir hu kemmxejn diffiċli fit-traduzzjoni: “Jekk ћalef ma jerġax lura" fil-Vulgata u s-Septwaġint. Imma jidher li jkun aћjar : ‘jekk tajt kelma, anke b’ġurament, żommha, imqar jekk iebsa u tiswielek tbatija, gћax il-ġurament hu att ta’ fidi lejn Alla, lejn il-proxxmu u lejk innifsek.

V. 5 ab: L-aћћar serje ta’ dmirijiet: "Min jislef u ma jitlobx mgћax” hi morali ekonomika: fil-Bibbja s-self hu meqjus bћala servizz u mhux sfruttament. Self bl-imgћax hu ikkundannat ; mhux hekk kien fil-Lvant fejn fil-Mesopotamja kien bejn 17 u 50 fil-mija fuq oġġetti differenti u fuq il-qamћ jasal sa 100 fil-mija.

Dan jissaћћaћ bil-kelma tal-Vanġelu : “Isilfu bla ma tistennew xi ћaġa lura” (Lq. 6, 35). Li l-poplu ta’ Iżrael kellu tentazzjoni jagћmel dan, jurihulna Gћamos li jikkundanna:

“Isimgћu dan, intom li tikkalpestaw l-imsejken

intom li ttemmu l-foqra tal-pajjiż...(tgћidu)

“Nixtru bil-flus il-foqra, u b’żewġt iqrieq l-imsejken” (Gћam.8, 6).

“U ma jixxaћћamx kontra min hu bla ћtija”, il-ћdax-il dmir, ixxaћћam lill-imћallef. Ftakar fil-parabbola tal-mara li ddejjaq lill-imћallef li ma jibżax minn Alla. Il-ġust m’gћandux gћalfejn ixaћћam. Hi problema li t-Torah stess tikkundanna:

"La teћux rigali, gћax ir-rigali jagћmu n-nies b’gћajnejhom miftuћa, u jgћawwġu l-kawża tan-nies sewwa” (Eż. 23, 8).

L-istess insibu fil-profeti u Isaija jitkellem fuq ir-Re Messija bћala dak li jagћmel il-ġustizzja fil-poplu:

“Ma jiġġudikax skond ma jidher fl-gћajnejn,

u ma jagћtix sentenza skond ma jisma’,

Iżda jiġġudika l-imsejknin skond il-ġustizzja,

U jagћti sentenza skond is-sewwa lill-fqajrin ta’ l-art" (Is. 11, 3-4).

“Min jagћmel dan qatt ma jitћarrek”. L-gћeluq jorbot mal-ftuћ, stabbiltà gћax marbut mat-tempju li hu mibni fuq blata, il-ġust mibni fis-sod fuq Alla.

Ġesù fi tmiem id-diskors tal-muntanja jgћid: "Gћalhekk kull min jisma’ dan kliemi u jagћmel li qiegћed ngћid jien, isir jixbah lil bniedem gћaqli li bena daru fuq il-blat….” (Mt. 7, 24 -27).

Il-bniedem li jidћol gћal-Liturġija tat-Tempju hu milqugћ minn Alla, igawdi mill-istess stabbiltà u sodizza ta’ Alla li Hu blata u kenn tiegћu.

"Kun blata tal-kenn gћalija,

Fortizza qawwija ta’ salvazzjoni" (S 31, 3).

Dun Ġorġ Mangion, illum 18 ta’ Awissu 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1