Salm 101
Il-mera tal-politiku
Talba gћall-ġustizzja
Xi wћud mir-rejiet insara qiesu dan is-salm bћala mera tagћhom gћat-tmexxija tal-pajjiż
. Kien qisu l-istendard tat-tmexxija taz-Zar Vladimir II (1058-1126) waqt li S. Lwiġi IX ta’ Franza tah lil ibnu Filippu bћala gwida biex jitћarreġ fit-tmexxija. Jingћad li Ernest it-twajjeb, prinċep ta’ Sassonja (1601-1675) bagћat is-salm lil ministru korrott u gћalhekk jingћad gћall-inġusti “Gћandu ċans ikun imġiegћel jaqra salm 101”.Flimkien ma’ dan is-salm hemm S
.72, Is 9, 1-6; 11, 1-9; u 32, 1-8 kif ukoll siltiet mill-Proverbji: huma manwal bibbliku tal-politiku perfett. Il-bażi hi l-ġustizzja u l-fedeltŕ (hesed) ta’ Alla v 1: mela S 101 hu ġabra ta’ dak li nsibu fil-Bibbja. Jimxu fuq żewġ linji; ћajja morali iebsa bit-twettiq tat-Torah u s-smigћ tal-kelma: hemm il-Mulej jiltaqa’ miegћu. Fl-istess waqt iżomm ruћu ’l bogћod minn kull inġustizzja u ћażen, vv 3-4. Il-ћeġġa gћall-ġustizzja tkun gћelm tiegћu bћala l-messija sultan ta’ Is 11, 3-4.Fit-tieni post ins
ibu kwalitajiet soċjali u pubbliċi vv 5-8: ġlieda kontra l-kalunnja, xiehda foloz u l-prepotenti, jiddefendi u jћobb il-fqir u l-ġusti u minn fosthom jagћżel lil dawk li jgћinuh fit-tmexxija, ministri u min jagћtih parir v 7, impenn ma jaqtax biex jeqred il-ћażen u l-inġustizzja. Dan hu l-programm ta’ kap ta’ stat li jaf li hu qiegћed flok Alla, imћallef ġust, kap ta’ stat teokratiku, dak li kellu jkun is-sultan davidiku…Kull filgћodu, v 8, kuljum, mill-bidu tas-saltna jżomm quddiem gћajnejh Ġer. 21, 12. Hekk nifhmu gћaliex kemm lhud u nsara jinterpretawh fid-dawl tal-messija sultan u salvatur ta’ Iżrael, aktar milli fid-dawl tas-slaten mil-linja ta’ David li ma ћarsuhx. Ħjiel ta’ dan insibuh f’kitbiet oћra tal-lvant bћall-Kodiċi ta’ Hammurabi u tal-Fargћun Eġizzjan: iva mhux daqshekk gћax jirrifletti l-ġustizzja u l-fedeltа
ta’ Alla.Li tgћid li hu salm regali tkun qed tillimitah gћax hu aktar minn hekk. Lancellotti jgћid li hu gћanja waћdanija, wara l-ftuћ b’dossoloġija nsibu programm ta’ ћajja li m’gћandhiex x’taqsam magћha. Fost dak li jgћid li se jimxi fuqu m’hemm xejn hekk ċar li juri l-klassi tas-salm, la tista’ tgћid li jitkellem fuq bniedem wieћed b’etika personali, anqas fuq ћafna, kollettivitа
b’etika soċjali.Dimensjoni letterarja
Is-salm hu ko
nċentrat fuq impenn personali u soċjali ta’ ġustizzja u jdaћћal ukoll elementi oћra. Biex nagћmlu dan naraw x’jgћidu l-eseġeti. Atanasju jgћid li S 101 bћal Ss 15 u 26 hu eżami tal-kuxjenza ta’ bniedem Jahwista qabel imur fit-Tempju: kull bniedem qabel jagћti qima lil Alla. K. Budde u A. Miller jaћsbu li hu maћsub bћala oraklu ta’ JHWH lil kull lhudi. Wara Gunkel saret opinjoni komuni li dan jitkellem minn personalitа gћolja lhudija responsabbli mill-istat teokratiku ta’ Iżrael: gћalhekk hu salm ta’ żmien il-monarkija.G.F. Ravasi hu tal-fehma li hu salm monarkiku bi sfond liturġiku; imma dan narawh aћjar fl-eseġeżi. Tifhem li hemm ġemgћa tisma’ u ma teskludix li qed jagћti tagћlim sapjenzjali skond l-imġieba morali korretta mitluba mill-alleanza.
Il-ftuћ tas-salm skond is-70 hu stqarrija negattiva li tћares lejn il-ћajja l-imgћoddija tas-sultan, ћajja li ma fihiex xi tlum. It-Targum iqiegћed fuq fomm JHWH dak li jitlob mis-sultan. It-titlu jagћid li hu ta’ David meta ġieb l-arka 2 Sam. 6, 9, u ma’ dan jaq
blu Delitzsh, Kirkpatrick, Castellino u oћrajn. Gunkel jaћseb li f’diskors ta’ Robogћam 1 Sl 12, 14 jew Jehu 2 Sl 10, 8. Skond DeVaux S 101 bћal S 72 kien salm tar-rit tal-konsagrazzjoni. Ravasi jaћseb li hu ta’ żmien il-monarkija imma bla persuna ,data jew ġrajja preċiża. Hu ovvju li meta sparixxiet il-monarkija ingћata tifsira messjanika. S. Wistin jara f’v 8 tћabbira tal-ġudizzju eskatoloġiku.Il-Binja tas-salm
Hemm eseġeti li jaqsmu s-salm fi tnejn; vv 1-4 fejn is-sultan jitkellem dwar it-tmexxija ġust
a u vv 5-8 fejn JHWH jwieġeb u jiżgurah li se jћarsu. Beaucamp jaћseb li v 1 hu dossoloġija indipendenti mis-salm, bilkemm gћandha x’taqsam. Imma le. Din tqiegћed quddiem is-sultan, il-Mulej li joffrilu l-aqwa rigal , żewġ virtujiet ta’ l-alleanza, il-hesed u l-mispat dejjem f’kuntest ta’ monarka li qiegћed flok Alla – fi stat teokratiku.Hesed bћal S 89, 2, hi l-fedeltа
ta’ Alla lejn is-slaten, nisel David (2 Sam 7), mispat hu d-dritt, it-tmexxija ta’ Alla fuq id-dinja li s-sultan imexxi f’ismu. Hi tema ta’ S 72. Hawn minn regola etika (Mt 23, 23; Ħos 12, 7; Mik 6, 8) issir kwalità ta’ tmexxija tas-sultan u gћalhekk dan l-innu ta’ tifћir lil Alla.Is-salm gћandu binja parallela, tant fil-ћsieb u kemm fil-binja letterarja: gћall imġieba tajba ta’ bniedem b’qalb innoċenti twieġeb il-ġlieda kontra l-ћażen li ma jћallihx jagћmel ġustizzja u jkun fidil gћall-Patt.
Jinqasam hekk: Dikjarazzjoni tas-sultan kif se jmexxi. Vv 2-8.
I strofa – vv 2-3 Pożittiv – it-triq, innoċenza u qalb . v 2.
Negattiv – ġ
lieda kontra l-ћażen v 3II strofa – vv 4-5. Negattiv— ġlieda kontra l-ћaż
enIII strofa – vv 6-7. Pożittiv – it-triq ta’ l-innoċenza. v 6
Negattiv – ġlieda kontra l-ћaż
en. v 6.IV strofa – v 8. Negattiv – ġlieda kontra l-ћaż
en. v 8.Is-Simboli
L-ewwel tip ta’ simbolu huwa dak spazjali – joqgћodu qrib u jitbegћdu vv 3, 5, 8 (il-ћżiena u l-ġusti f’dak li gћandu x’jaqsam mat-tmexxija tas-sultan. Dawn jinfirxu ġmielhom – triq, v 2, jiġu lejja v 2, quddiemi v 3, jitbegћdu, f’post mistoћbi v 5, jimxi v 6 triq v 6, jgћammar v 7, ġo dari v 7, fil-belt ta’ JHWH v 8. L-istess gћerq tal-kelma fidil, fedeltа, mn, v 6 tissoponi li qieћed ikun fis-sod. L-gћerq tal-kelma innoċenza, integritа, hu tmn li tfisser xi ћaġa li ddur f’forma ta’ ċirku. L-ewwel waћda gћandha bћala baż
i d-dar (qereb, tarbija fil-ġuf, vv 2 u 7, it-tieni hi aktar publika vv 6 u 8 hi l-art ta’ Iżrael, il-belt ta’ Ġerusalemm.It-tieni tip ta’ simbolu huwa l-ġisem bћala ġisem u psikoloġikament jew l-ideoloġija morali tas-Salm 101. Il-qalb vv 2.4.5 u l-gћajnejn vv 3.5.6 jfissru l-ћsieb li tikkomunika. Bћala kap u mћallef, b’gћajnejh li jfissru l-awtoritа, hu bniedem wieqaf fuq saqajh, jiġġudika l-imġieba tas-sudditi u l-mixi tajjeb tas-saltna, jew idaћћal fil-belt u jkeċċi l-ћż
iena (skomunika); hu bniedem bilqegћda wkoll, jew sod (meta jagћti s-sentenza). Ma’ dawn hemm il-moћћ, tkun gћaref v 2 u tagћraf v 4 u l-azzjoni vv 3.5.7.8. Mela l-bniedem kollu kemm hu fl-ispirtu ta’ Mt. 15, 19-20, ‘gћax mill-qalb joћorġu l-ћsibijiet’, tajbin u ћżiena. Anqas ma gћandna nfissru dan f’sens personali gћas-sultan, imma gћat-tama soċjali ideali tal-poplu kollu kemm hu.Minn hawn ћarġu l-interpretazzjonijiet messjaniċi – il-midluk tal-Mulej, kif Iż
rael fehmu u xtaqu u kif ukoll kellu jmexxi s-saltna. Ma naqsux tifsiriet tal-missjoni tal-Knisja li japplikawhom gћar-rgћajja skond 1 Pt. 5, 1-4. “Nitlob il-presbiteri li hemm fostkom, bћala presbiteru jien ukoll u xhud tat-tbatijiet ta’ Kristu...irgћu l-merћla….”Eseġeżi
Hu salm ћiereġ minn ћeġġa kbira gћall-ġustizzja u t-tmexxija soċjali korretta. Il-poplu ta’ Alla jitqies mhux mill-kliem imma mill-imġieba etika u eżistenzjali ġusta. Mistoqsi dwar il-ћidma tiegћu politika kontra n-Naziż
mu, D. Bonhoeffer wieġeb hekk: "Jekk sewwieq xurban isuq fuq in-nies u joqtol. Id-dmir tar-rgћaj ma jintemmx meta jagћmel il-funeral tal-mejtin u jfarraġ il-familjari, imma jeћtieġlu jara li ma jћallix is-sewwieq xurban li jkompli jsuq u joqtol.” Gћalhekk hu f’postu li l-poplu jfaћћar lil Alla ta’ Iżrael, Alla ta’ l-Esodu, Alla ћellies u ġust li jeћles l-imjassra mill-Fargћun bil-qerda tiegћu.
Dikjarazzjoni tas-sultan – il-programm tat-tmexxija (vv 2-8)
Is-sultan tas-saltna toekratika hu kelma li tinћass u storika tar-rieda u tat-tmexxija ta’ JHWH. Hu se jimpenja ruћu li jkun ġust u fidil, l-ewwelnett miegћu innifsu (S 78 u 72; 1 Sl 9, 4; Gћerf 9) u fit-tmexxija tad-‘dar’, tal-ћajja ta’ qrabatu u l-palazz li kien harem u kien hemm gћadd kbir ta’ prinċpijiet . (Ara l-każ
ta’ Absalom u dar David).L-ewwel strofa vv 2-3
L-ewwel verb hu ‘skl’, irrid nimxi bil-gћaqal. L-istess kif talab Salamun (1 Sl. 3) l-gћerf jeћtieġu biex jiġġudika t-tajjeb mill-ћażin u jmexxi tajjeb, jew il-prinċipji morali (mġieba).Tidher it-‘triq’ - ћajja integra (S 119, 1) gћax Alla jistmerr il-qlub ta’ dawk li joћorġu mit-triq il-ġusta (Prov 11, 20). Mat-triq tissieћeb il-‘qalb safja’ gћax hu impenn gћall-onestа u l-gћaż
la fundamentali tal-bniedem, deċiżjoni skond il-kuxjenza. Dan l-ewwel li se jwettqu hu f’daru (v 7; 1 Sl 4, 6; 16, 9) skond il-wegћda ta’ Alla lejn dar David, jekk tibqa’ fidila lejn JHWH. Imma v 2 jissopponi li Alla se’ jiġi gћandu biex jagћmel dan, li Alla se jżur lis-sultan aktar milli s-sultan se jmur fit-Tempju. Is-sultan jistenna li Alla jżuru bil-ћniena, jfarrġu u jsalvah (S 89, 39 u wara). Jekk hu se jiggverna skont it-Torah, Alla se jbierku.V 3 hu f’ton negattiv, jgћid li hu qatt m'hu se jissieћeb mal-ћażin, qatt mhu se jilqa’ l-ћażin f’daru, il-ћażen qatt mhu se jeћel miegћu gћax ta ruћu lil Alla (Lq 16, 13; Mt 6, 24). Il-verb ‘tobgћod’ fl-A. T. (S 5, 6) ifisser tiċћad l-idoli, il-qima tagћhom. Hi mela stqarrija ta’ fidi kontra l-idoli. Ukoll, min jagћmel il-ћaż
en hu idolatra. Mela v 3 hu dikjarazzjon ta’ fidi Jahwista, l-ewwel kmandament kif v 2 kien fidi fit-Torah. Fidi u morali huma bażi ta’ impenn uman u morali.It-tieni strofa (vv 4-5)
Fil-lat negattiv is-sultan se jiġġieled il-ћażen bla kompromess ma’ dawk li JHWH jwarrab. Hi definizzjoni tas-sultan li Alla jћobb, li jagћżel biex jgћinuh nies ġusti u onesti u b’hekk i
s-saltna tkun fiż-żgur (Prov 25, 5) Hemm dnubiet li gћandu jaћrab – dawk ta’ qalb imћassra, li jikkalunnjaw, dawk li jmexxu l-magna tal-gvern bl-intrigi u l-gideb, l-ambizzjużi, ‘gћajnejn u qlub imkabbra’ (Prov 21, 4) li bla skruplu jġibu ’l quddiem dal li jgћollihom u jwarrbu dawk li jfixkluhom. Min ma jissaportix is-supperv, “gћax gћad ikun hemm jum gћall-Mulej ta’ l-eżerċti, gћal kull min hu kburi u supperv..” (Is 1, 12)It-tielet strofa: L-gћaż
la tal-kollaboraturi (vv 6-7)Hi gћaż
la fundamentali (Num 12, 7; 1 Sam 2, 35; Prov.25, 13) biex is-saltna ma ssirx waћda ta’ ћażen u inġustizzja; is-sultan jitfa’ gћajnejh fuq il-fidili, dawk li gћamlu l-liġi ta’ Alla ‘musbieћ gћal riġlejhom’ u gћall-onestа tagћhom soltu jkunu mwarrba mis-setgћa tal-ћażen. V 6 Dawk li jimxu fit-triq il-perfetta. V 2 huma dawk li Alla jћalli jaraw wiċċu fit-Tempju (S 15, 1; 61, 5), dawk li s-sultan iћalli li joqgћdu ћdejh bћala ministri – gabinett u qaddejja tat-Tempju.V 7 hu fin-negattiv, dawk li jwarrab - il-giddieba u li jbex
klu, hi espressjoni ebrajka li tgћid ‘ma jeqfux fis-sod’, ma jkunux imћarsa taћt il-mant tar-re. “Jekk mexxej jagћti każ tal-gideb, il-kbarat tiegћu kollha jkunu ћżiena"Ir-raba’ strofa (v 8)
Hu gћeluq solenni, rettoriku u impressjonanti. Is-sultan lhudi jeћtieġlu jiggarantixxi il-qdusija tal-belt u tat-Tempju, tas-saltna u ta’ l-art li Alla fdalu f’idejh biex jiggverna f’ismu (Prov 20, 26). “Gћodwa wara l-oћra” hi simbolu spazjali: filgћodu hi s-siegћa meta jsiru l-proċessi, jibda jum ġdid li jġib ordni
ġdid, jiftaћ paġna ġdida fl-istorja. Ġob 38 jorbot iż-żerniq mat-tindif tad-dinja mill-ћażen. Dawl u dlam fil-Bibbja huma kontra xulxin ukoll fis-sens morali. Ġerusalemm, il-belt ta’ JHWH hi belt qaddisa (il-quds jgћidu l-Gћarab, illum), hi belt fejn JHWH iserraћ riġlejh u jiltaqa’ mal-bniedem (S 122, 3; Sir 24, 8-12) u gћalhekk il-ћżiena ma jgћammrux fiha (Ap 22, 15).Jahweh jissemma biss fil-bidu u fl-gћeluq – fid-definizzjoni tal-veru sid u sultan ta’ Ġerusalemm. Dak li jagћmel is-sultan hu mfisser minn
żewġ verbi (v 5) jeqred, jew iqatta’ biċċiet, iwarrab, jeqred gћal kollox l-gћerq ta’ l-inġustizzja. Il-ћżiena huma huma ‘kull min jagћmel il-ћażen’ (S 6, 9), dawk li huma idolatri.L-ittri enċikliċi kollha tal-Papiet kollha gћandhom il-bażi tagћhom f’dan is-salm. U nagћlaq bi kwotazzjoni mill-Kostituzzjoni Pastorali tal Konċilju Vatikan II “Gaudium et spes”: Gћalhekk l-ordni soċjali u l-progress tiegћu gћandhom dejjem iservu gћall-ġid tal-persuna gћaliex l-ordni tal-ћwejjeġ gћandu jkun sottomess gћall-o
rdni tal-persuni, u mhux il-kuntrarju kif wera l-Mulej innifsu meta qal li s-Sibt sar gћall-bniedem u mhux il-bniedem gћas-Sibt (Mk 2, 27). Dan l-ordni gћandu l-ћin kollu jkun żviluppat u jinbena fuq il-verità, jitwettaq fil-ġustizzja, jieћu l-ћajja mill-imћabba: gћandu jsib ekwilibriju dejjem aktar uman fil-libertа". (26).
Dun Ġorġ Mangion, illum 7 ta’ Awissu 2009
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa