L-Ewkaristija
Kitba Mons. Bruno Forte
Qari mill-Evanġelju skond San Luqa (Lq. 22, 14 – 27)
“Kelli xewqa kbira li nagћmel din l-ikla ta’ l-Gћid magћkom qabel ma nbati!.....”
Nixtieq inqassam din it-taћdita fuq tlett kelmiet mis-silta li gћadna kemm qrajna:
Hekk li meta naћsbu fuq il-memorjal li ћallielna Ġesщ, naћsbu fuq l-identitа u l-missjoni tagћn
a fl-istorja.Ix-xewqa, ix-xewqa ta’ Alla. Bil-Latin, desiderius
hi kelma ġejja minn de-siderius, ix-xewqa li tkun fil-preżenza tal-kwiekeb tas-sema bil-lejl, tћoss in-nuqqas tagћhom li qed ikiddek, li tkun ’il bogћod mis-sema u madankollu tixtieq tgћix hemm, f’dak is-sema li fl-istess waqt hu ġo fina. Mhux ta’ b’xejn li s-saћћar ifittex jaqra s-sema! Ix-xewqa hi l-ferita li jћalli n-nuqqas ta’ xi ћadd, tћossok marid gћax naqas xi ћadd. Minnћabba f’hekk nitkellmu mill-weġgћa ta’ xi ћadd li m’gћadux magћna; nostalġija mhix ћaġ’oћra ћlief xewqa li tiltaqa’ ma’ xi ћadd, mal-maћbub/a. L-imitazzjoni ta’ Kristu jgћid, “ma tgћixx fl-imћabba mingћajr il-weġgћa.”Kif seta’ Ġesù, l-Iben tal-Missier bћ
ala bniedem iћoss din ix-xewqa tieklu minn ġewwa? Kliem Ġesщ iġiegћlna naћsbu: “Kelli xewqa kbira … “Ix-xewqa ma turix li jonqos xi ћaġa, mhix il-weġgћa tan-nuqqs, mhix il-marda tal-maћbub, li mhux preżenti u gћalhekk ma tistax la tarah u anqas tmissu? Madankollu Ġesщ jkellimna minn xewqa u b’hekk jurina x-xewqa tal-Misser li mhix ћaġ‘oћra ћlief li Hu ġie biex jurina wiċċ il-Missier.Iva, Alla ta’ l-Insara hu Xewqa. Ta’ x’hiex u ta’ min? Min hu l-maћbub tal Qalb Divina?
Fit-tradizzjoni Biblika-Nisranija, kif ukoll f’dik mistika, Alla hu x-xewqa tal-bniedem. Alla
jћobb lill-bniedem tant li jixtieq b’xewqa kbira li jiltaqa’ miegћu. Dan kollu jiftiehem fl-isem ‘Franġisku’. It-tradizzjoni mistika lhudija KABALAH , li taf il-bidu tagћha f’belt ċkejkna tal-Galilija ta’ fuq, Safed; dawn il-kabalisti kienu jimmeditaw it-Torah lejl u nhar. Isaac Luria, il-kbir fosthom, żviluppa it-tagћlim ta’ ZIM ZUM, li jfisser tinxtorob. L-idea hi din: Meta Alla ġie biex jaћlaq id-dinja, staqsa lilu nnifsu: Fejn se naћlaqha d-dinja? Alla ma jistax jaћlaq id-dinja jekk mhux fih innifsu gћax barra minnu ma jeżisti xejn. Gћalhekk Alla gћamel dak li tagћmel l-omm meta din tagћti l-ћajja lill-kreatura li tnissel. Alla ћalaq spazju fih innifsu, inġibed fih innifsu, jew Zim Zum biex id-dinja, il-bniedem seta’ jeżisti.Il-bniedem, li fir-rakkont
bibliku u l-ogћla li ћalaq Alla, hu sinjal li ma jaqta’ xejn ta’ dan Alla li jinxtorob fih innifsu, isir ċkejken biex neżistu aћna. Mhux ta’ bxejn li meta l-Iskrittura titkellem mill-imћabba ta’ Alla, ma ssibx kelma aћjar mill-‘imsaren ta’ l-omm’, Rahammim. L-Ebrajk hu ilsien fqir fil-kliem, 5750 kelma, u kelma tieћu kulur skond il-kuntest. Hekk l-imћabba hi mfissra permezz ta’ dan it-tqanqil fl-imsaren. (Niftakru l-verżjoni tal-kantiku ta’ Żakkarija, per viscera misericordiae Dei nostri)Alla jћobb bћal ma tћobb omm u aћna ngћixu fi ћdan Alla bћal omm. U dan mhux biss fl-Antik Testment imma wkoll fil-ġdid. Ġwanni 1, 18 ; ‘fi ћdan il-Missier’. Fejn jgћix il-Verb? Fil-ġuf tal-Missier. U fi Ġwanni 13, 23 fejn joqgћod bilqegћda Ġwanni? It-testi tagћna ji
stћu jittraduċu l-kelma griega li tgћid, ‘Ġwanni qiegћed fil-ġuf ta’ Ġesщ. U x’ifisser dan? Hekk kif l-Iben il-maћbub tal-Missier hu mal-Missier minn dejjem, Ġwanni bћala d-dixxiplu l-maћbub, hu fil-ġuf ta’ Ġesщ. Ġwanni hu kull dixxiplu u hekk kull dixxiplu hu mahbub minn Alla bћal omm.Kif titkellem minn dan il-mistika nisranija? Meta San Franġisk ikanta l-imћabba ta’ Alla jgћid, Inti sbuћija, inti tjubija, inti mћabba. Imma ma jistax jgћid kelma li tiskandalizza lil kulћadd, inti umiltа
. Jien naf kemm iћossuhom skandalizzati l-Musulmani! Jekk aћna nemmnu li Alla bћal omm li tagћmel il-wisa’ gћal min thobb, jekk Alla hu Zim Zum, inġibed fih innifsu, jekk Alla hu umiltа, gћandna l-bibbja kollha kemm hi. Alla hu x-xewqa tal-bniedem u din ix-xewqa l-Bibbja tfissirha bi tlett kelmiet li huma: Gam, jew ġardin, Midbar jew deżert, u Dabar jew Kelma .Meta Alla ћalaq id-dinja , gћamlilha l-wisa’ fi ћdanu biex tista’ teżisti; fired l-ilma mill-art, is-sema mill-baћar. Hi il-ћidma ta’ ġardinar prim, tant li dak li gћamel f’sitt ijiem tissejjaћ Gam, ġenna ta’ l-art, ġardin. Hu ġardin sabiћ tant li l-Ġenesi gћal sitt darbiet jirripeti, ‘kollox kien sew ћafna”. Id-dinja hi x-xewqa ta’ Alla gћax riedha u jћobbha, jiċkien Hu biex ikollha l-wisa’; mela is-sbuћija tad
-dinja hi x-xewqa, l-umiltà ta’ Alla.Midbar. Meta l-bniedem dineb id-dinja saret deżert, niexef u iebes biex taћ
dmu, biex jagћmel il-frott. Id-dnub, it-tkeċċija mill-Gћeden hi d-dramma tal-bniedem. Imma...nifhmu li l-ġrajja kollha ta’ Iżrael hi x-xewqa tal-bniedem u ta’ Alla li dan id-deżert jerġa’ jwarrad..Liema hi l-akbar kelma fil-messjaniżmu ebrajk? Hi Neser, rimja, Nazaret. X’inhi r-rimja? Hi l-ewwel sinjal li d-deżert se jwarrad, li l-art niexfa se ssir ġardin. Jikteb Isaija,” Insejjћilha fid-deżert u hemm inkellem lil qalbha” U Min se jagћmel dan il-miraklu, min se jagћmel ġardin mid-deżert? Midbar isir Gam? Ir-rabbini jilgћabu bil-kliem u jgћidu, Midbar isir Dabar. Dabar hi l-Kelma li tbiddel id-deżert tad-dinja, hi l-Kelma li tibdel id-deżert tal-qalb f’ġardin. Mela fil-Kelma jiltaqgћu x-xewqa ta’ Alla u x-xewqa tal-bniedem.L-istennija messjanika mhix l-istennija ta’ Kelma biex tiġi, biex tismagћha tidwi fil-lejl tad-dinja. Hi xejn inqas mill-kelma tal-maћbub ta’ L-Gћanja ta’ l-Gћanjiet li jibd
el id-deżert fi ġnien ta’ Alla.Meta qrajt il-kotba ta’ Ewġenju Zolli, ir-Rabbin Kap ta’ l-eqdem singoga tad-dinja, dik ta’ Ruma li wara l-gwerra talab li jitgћammed u jieћu l-isem ta’ Ewġenju gћall-Papa Piju XII, Eugenio Pacelli gћal dak li gћamel gћal-
Lhud fi żmien it-tienbi gwerra dinjija, hu li kien professur ta’ l-Ilsna Semitiċi, sar nisrani bla ma ċaћad l-gћeruq tiegћu Lhud.Zolli kiteb xi kotba li qajla ssibhom. F’wieћed minn dawn jgћid li l-Kelma meta tiġi ma tkunx kelma glorjuża, anqas rebbieћa
imma kelma Abbandunata. Il-Messija hu l-Kelma Abbandunata, Hu ż-żerriegћa li taqa’ fl-art u tagћmel il-frott. Hekk gћandna l-ewwel xena: ix-xewqa ta’ Alla,” kelli xewqa kbira li niekol dan l-Gћid magћkom qabel immut”. Ix-xewqa tal-bniedem li d-deżert iwarrad u jsir ġardin. Dak li l-mara li marret tfittex lil Kristu fil-qabar, rat l-Irxoxt imqajjem ġo ġnien, u billi m’gћarfitux,ћasbitu l-ġardinar. Hu l-ġardinar tal-ġnien il-ġdid, l-Irxoxt li ġiegћel id-deżert iwarrad u wasslu gћall-ġmiel tax-xewqa ta’ Alla.Gћalhekk hu f’din il-linja li gћandna nitkellmu fuq l-Ewkaristija. Jekk mill-Ewkaristija nneћћu x-xewqa tal-laqgћa inneћћu s-sens profond ta’ dak li hi. Ħafna drabi nitkellmu mill-Ewkaristija f’linja dommatika, jew nippreż
entaw il-verità; hu sew imma attenti l-verità mingћajr ix-xewqa mhix sabiћa, mhix aktar is-sbuћija li ssalva; hekk l-Ewkaristija hi kamp ta’ tensjoni ta’ żewġ xewqat, ix-xewqa ta’ Alla, l-umilta’ tiegћu, ix-xewqa, li jinġibed fih innifsu, ix-xewqa tal-bniedem li d-desert isir ġnien u biss fejn iż-żewġ xewqat jiltaqgћu u, isiru ћuġġieġa, Luqa juża lingwaġġ kalm, wara li jkun uża dak qawwi, jgћid "kelli xewqa kbira" juri li din kienet ix-xewqa li Ġesù kellu minn dejjem, dan kien ilu jistenna, il-milja tal-missjoni tiegћu, ta’ l-identità tiegћu bћala iben il-Missier etern li ġie fid-dinja.Li tgћix l-Ewkaristija mingћajr ma tћoss din ix-xewqa jfisser li tkun gћadek ma fhimt xejn, la s-sens, la l-qawwa li s-sbuћija; fejn l-Ewkaristja mhix ġrajja ta’ sbuћija imma biss rit li tirrpetih bla ћajja, fejn m’hemmx aktar it-tensjoni tax-xewqa tal-maћbub li jiltaqa’ mal- maћbub li ġej, Alla ћaj, hemm m’hemmx id-deż
ert li jwarrad f’ġardin,It-Tieni Xena: Is-siegћa ta’Ġesщ
Is-siegћa, bil-grieg,
kairos, gћandha tifsira qawwija; insibuha bosta drabi fil-Vanġelu ta’ San Ġwann. Xinhi is-siegћa ta’ Ġesщ? Jekk gћidna li x-xenarju taċ-~ena hi x-xewqa, is-siegћa hi t-twettiq ta’ din ix-xewqa, u jekk ix-xewqa hi xewqa ta’ laqgћa, il-laqgћa ta’ Alla umli u l-bniedem mitluf, id-deżert jistenna li jsir ġardin, nifhmu li s-siegћa hi dik tat-twettiq ta’ l-imћabba, hi l-laqgћa fejn il-kelma mitluqa titћalla tagћti l-ћajja lid-deżert tad-dinja. Isma’, infakkar mill-ġdid dak li jgћid Zolli.Zolli jgћid li l-istorja kollha tas-salvazzjoni isseћћ f’erbat iljieli. Daw
n huma:1. Il-lejl tal-Ħolqien, meta Alla ћalaq id-dinja gћaliex ћalaqha fi ћdanu, u jeћtieġlu jifred id-dawl mid-dlam. Il-ћdan hu l-lejl, il-ћdan(imsaren huma fid-dlam). Hekk l-ewwel lejl hu l-ћolqien meta Alla jsejjaћ id-dawl, meta jifred id-dawl mid-dlam biex ikun hemm id-dawl, u l-jiem iqassmu s-sbuћija tal-ġardin il-ġdid, il- ġardin ta’ Alla.
2. It-tieni lejl hi l-lejla tal-fidi. Meta d-dinja ssir deżert, imkisser mid-dnub tal-bniedem, trid tkun il-kelma biex tibdlu, imma nifhmu, il-Kelma jeћ
tieġ li jinstema’ bil-lejl.. U liema hi din il-lejla fekonda tal-Kelma? Abram, (Ġen. 22) ifissrilna kollox: il-lejla tal Hakedah, li jfisser l-irbit ta’ Iżakk meta Abram jorbot lil Ibnu fuq l-gћolja biex jissagrifikah. Ġenesi 22 hi paġna ta’ qawwa kbira, hi l-lejl tal-fidi. Meta Pawlu jrid jgћidilna min hu Ġesщ Kristu, jitkellem b’mod straordinarju f’Rumani 8, 32: Alla ma ћelishiex lil Ibnu imma tah gћalina lkoll. Mela Rm 8, 32 hi midrax ta’Ġen. 22; hu test li hu gћal kollox mifhum biex jitqiegћed ћdejn l-ieћor, wieћed ifisser lill-ieћor. Pawlu jgћidilna li s-sagrifiċċju ta’ Ġesщ fuq is-salib hu parallel mas-sagrifiċċju ta’ Iżakk, l-istess kliem, l-istess kollox b’differenza waћda kbira. Oriġene, il-kbir eżeġeta li kien minn ta’ l-ewwel li gћaraf dan, li Rm 2, 32 hi midrax ta’ Ġen. 22 u jgћid: Filwaqt li fuq l-gћolja missier li jmut offra lil ibnu li jmut, li ma mietx fuq is-salib, fuq il-Kalvarju, Missier li ma jmutx offra lil Ibnu li ma jistax imut biex imut” U dan gћal Oriġene hu l-paradoss ta’ l-imћabba. L-imhabba li ma tistax tifhimha hi dik li l-imћabba tmut gћal min tћobb. L-imћabba hi ћajja. Hi gћaqda ta’ mewt u ћajja b’riżq il ћajja, imma sewwasew gћalhekk l-imћabba hi mewt. U Ġen. 22 flimkien ma’ Rum. 8, 32 huma t-tieni lejl, il-lejl ta’ min iћobb li jmut gћal min iћobb.3. It-tielet lejla fl-istorja tas-salvazzjoni hija l-Lejl ta’ l-Esodu.Meta Mosè jsib ruћ
u magћsur bejn il-Fargћun bl-eżerċtu tiegћu u l-baћar – u hi straordinarja hawnhekk il-psikoloġija tar-rakkont ta’ l-Esodu 14 -- meta Mosè min-naћa tiegћu jgћid lill-poplu, “Żommu sћiћ u taraw is-salvazzjoni li se jġibilkom illum il-Mulej” (13), u min-naћa l-oћra Mosи jressaq quddiem il-Mulej id-dubju u l-biża’ tiegћu:" Gћaliex ћriġtna hawn biex immutu fid-deżert?" Xena ta’ tensjoni drammatika bejn mewt u ћajja li minnha jitwieled il-ћelsien, it-tielet lejl, il-lejl tal-ћelsien.4. Liema qatt hi r-raba’ lejla? Hi l-lejl tal-Messija, meta jiġi l-Messija. Hu jagћtina l-ћajja gћax jgћaddi mill-mewt, Hu jkun imћabba, imћabba gћaliex ikun abbandun, gћax ikun salib, solitudni, gћaliex ikun dak il-musmar imwaћћal bejn it-tnejn biex ikun hu li jwaqqa’ l-ћajt li jifridna.
Tafuha l-kelma lhudija gћall-imћabba? Kelma sabiћa ћafna, Ahava li skond ir-rabbini f’nofsha hemm il-konsonanti li jiffurmaw l-isem ta’ Alla, (JHWH) u dan biex juri li bejn tnejn li jinћabbu verament jeћtieġ li jkun hemm Alla. Jekk ma jkunx hemm alla m’hemmx imћabba, u jekk m’hemmx Alla mhemmx il-ћajja, imma hemm il-mewt.
Alla hu l-Etern, hawn jinsab il-paradoss ta’ l-imћabba, Mela s-siegћa ta’ Ġesщ hi s-siegћa ta’ dan il-lejl tal-Messija. Mela fix-xenajru tax-xewqa, ix-xewqa ta’ Alla u tal-bniedem, is-siegћa ta’ Ġesщ, is-siegћa tal-laqgћa bejn il-maћbub u min jћobb, is-siegћa tal-Kantiku, is-siegћa tal-mewt, tal-Kelma abbandunata is-siegћa tal-ћajja is-siegћa tal-Kelma rebbieћa.
Issa dan kollu jidћol fir-rakkont taċ-~ena. Minћabba dan li gћedna nafu li dak li se jiġri skond ir-rakkont ta’ Luqa, hu t-twettiq ta’ din ix-xewqa ta’ Alla u tal-bniedem, hi s-siegћa ta’ Ġesщ
, hi l-lejl tal-Messija, hi s-siegћa li fiha s-serpent jerfa’ gћarqubu – kif nafu u kap 13 jgћidulna fil-kuntest ta’ Ġuda – imma hi wkoll is-siegћa li fiha l-imћabba li tmut ma tmutx gћal dejjem.Hemm partikular ċkejken u mbagћad nidћlu biex nitkellmu fuq l-Ikla, li hu sabiћ ћafna fil-Vanġelu ta’ Ġwanni. Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni, kif tafu, Ġesщ jieћu l-ћobż
, ibill loqma u joffriha lil Ġuda. Din hi l-loqma, li tissemma kemm-il darba. X’inhi din il-loqma? Skond it-tradizzjoni lhudija, dan il-ġest ifisser li lil min tagћtih qisek qed tgћidlu, inћobbok, nagћżel lilek fost dawk li jien inћobb, int il-maћbub ta’ qalbi, l-aktar importanti fost kollha. Irrid ngћid li meta Ġesщ gћamel dan il-ġest kien qed jgћid lil dak li kien se jbiegћu, dan kollu; u Ġesщ jissokta jgћidlu, “dak li ser tagћmel, agћmlu la ddumx”, jiena nћobbok.U meta joћroġ Ġuda kien billejl, u l;-lejl hu simbolu tal-ћażen; imma jieћu miegћu l-bukkun. Dak il-bukkun Ġuda ma kielux, ћadu miegћu billejl. Tafu x’ifisser? Ta’ x’hiex hu simbolu? Gћax Ġwanni kollu simboli. L-imћabba ta’ Ġesщ timxi ma’ dak li se jittradih fid-dlam tal-lejl. L-imћabba tmut mal-maћbub li se jittradixxi biex jerġa’ jqum gћall-ћajja. Hawn hu l-messaġġ straordinarju: L-imћabba ta’ Ġesщ ma tћallina qatt, anke jekk aћna Ġuda, jekk ћiereġ billejl, gћax il-bukkun hu magћna.
Tafu l-Missirijiet tal-Knisja x’raw f’dak il-bukkun? L-Ewkaristija. L-ewkaristija hi l-loqma li ћa Ġuda hekk li int midneb kemm int, bogћod minn Alla u mifrud, jekk gћandek dak il-bukkun, jgћidlek li int maћbub minn Alla, ma ћassrekx minn ġo qalbu, int dejjem miegћu. U gћalhekk din hi s-siegћa ta’ Ġesщ, is-siegћa li fiha l-imћabba mhix maћbuba tћobb sa l-aћћar, sal-mewt, u tћobb sal-mewt gћax hekk biss jista’ jagћti dejjem il-ћajja, waqt li jmut jagћti l-ћajja.
It-ti
elet Tema. L-Gћoti fl-imћabbaQabel il-festa ta’ l-Gћid, billi kien jaf Ġesщ li waslet is-siegћa tiegћu biex jgћaddi minn din id-dinja gћal gћand il-missier, hu, li kien ћabb lil tiegћu li kienu fid-dinja, ћabbhom gћall-aћћar. (Ġw.13, 1). Telos, bil-grieg tfisser, sa kemm wettaq kollox, aktar ma setgћax jagћmel, iћobb. Din il-milja. Din l-ikla tiġbor fiha din il-milja, il-ġenn ta’ l-imћabba.
Jekk aћna nifhmu x’’inhi din l-ikla, nidћlu fil-qalba tal-misteru ta’ Kristu. Dan hu li li rrid nagћmel issa: nifhmu gћaliex l-aћћar ikla hi l-ġenn ta’ l-imћabba ta’ Alla gћalina u x’tgћidilna , x’tagћtina din l-imћabba u x’titlobna. “Agћmlu dan b’tifkira tiegћI” Aktarx li Ġesщ
qal il-memorjal tiegћi. X’ried jgћid b’dan? Aћna aktarx naћsbu, u t-traduzzjoni dan turi, li Ġesù lill-ћbiebu fdalhom tifkira. Kien hemm żmien fl-istorja meta xi ambjenti teoloġiċi protestanti ћasbu li Ġesù ћalla memorja, rikordju. Illum, gћall-grazzja ta’ Alla skoprejna dak li Max Thurian u bosta awturi oћra sabu. Fil-fatt meta Iżrael jiċċelebra l-memorjal ta’ l-Gћid, ma jћaddimx biss il-memorja, gћaliex x’inhi il-memorja? Il-memorja hi l-presenza ta’ min hu assenti, biss din hi fil-moћћ; bil-ћsieb immur fil-passat, tant li bit-taljan ngћidu ri-cordare, jew terġa’ ġġib f’qalbek, tqajjem ћsibijiet ta’ l-imgћoddi, illum, fil-preżent. Hi ћidma tal-moћћ u tal-qalb; aћna nistgћu ngћixu bit-tifkiriet. Hekk ukoll nistgћu ngћixu fil-mewt!Fit-tradizxjoni biblika, il-memorjal mhux dan. Il-memorjal mhux moviment mill-preżent lejn il-passat, ћ
idma tal-moћћ. Il-memorjal hu bil-kontra; hu l-passat uniku, definittiv ta’ l-istorja ta’ l-akbar imћabba li jsir preżent fostna u gћalina. Hu x-xewqa ta’ Alla li billi ma setgћax jibqa’ hawn, isir preżenza. “Ara jiena fil-bieb u qiegћed inћabbat; jekk xi ћadd jismagћni u jiftaћli l-bieb, jiena nidћol gћandu niekol miegћu u hu jiekol miegћI” (Apok. 3, 20). Dan hu l-memorjal, hu dak li mhux imur mill-preżent gћall-passat, ћidma tal-moћћ, imma mill-passat waћdieni u definittiv ta’ l-imћabba, tas-salvazzjoni gћall-preżent tagћna.Mela meta niċċelebraw il-memorjal fit-tradizzjoni biblika, wieћed jiltaqa’ ma’ Min isalva. Meta Ġesщ jgћid, “Agћmlu dan ….” Jew “dan hu l-Memorjal tiegћi”, jgћid “Kull darba li tagћmlu dan, Jiena, il-Mewt, il-Qawmien, jiena l-Kelma abbadunata gћalikom, jiena li gћaddejt mill-mewt u jiena mqajjem, inkun hemm f’nofskom, magћkom u gћalikom.” Dan hu l-memorjal. Mela jekk int fhimt x’inhi x-xewqa, x’inhi s-siegћa, tifhem gћaliex hi importanti l-gћotja fl-imћabba, il-memorjal, gћaliex kull darba l
i aћna niċċelebraw dak il-memorjal, il-laqgћa mistennija issir laqgћa mitmuma, mhux x’imkien ieћor, mhux f’siegћa oћra, imma issa, f’dal-ћin, f’ћajjitna, f’ћajti.Kien u gћadu jingћad li, “fl-Ewkaristija nirrepetu s-sagrifiċju tas-salib”. Konfużjoni sћiћa. L-Ewkaristija mhiex ripetizzjoni gћaliex Ġesщ miet darba gћal dejjem u darba qam gћall-ћajja. L-Ewkaristija hi ri-preż
entazzjoni, hi preżenza vera, isseћћ issa. Aћna ma ngћixux b’tifkiriet, aћna ngћixu b’laqgћat; aћna ma ngћixux b’xi ћaġa imma b’xi ћadd. Mbagћad tibdew tifhmu gћaliex hi hekk importanti l-aћћar ikla. Kieku ma qalilniex “Dan hu l-memorjal tiegћi” , konna nibqgћu ilsiera ta’ tifkira, rikordju, xhieda ta’ tifkira. Dawk fostkom li żaru Ġerusalemm u daћlu l-Yad Vashem – f’dan il-post li jfakkar l-olokawst tat-tfal li nqatlu min-Nażi – jaf x’emozzjoni jћoss meta jitfakkru t-tfal b’ismijiethom li jieћdu sena u nofs biex isemmuhom kollha. Imma tibqa’ hemm, forsi b’demgћa f’gћajnejk.Fil-memorjal ta’ Ġesù hi l-laqgћ
a miegћu li tibdel u tagћti. Hekk tara li l-Ewkaristija mhix tifkira ta’ grajja, mhux tgћix bin-nostalġija. L-Ewkaristija hija l-gћoti ta’ rigal, il-post ta’ preżenza, dak li nћobbu u nixtiequ gћalkemm mhux magћna isir magћna. L-Ewkaristija hi x-xewqa ta Alla li tltaqa’ max-xewqa tal-bniedem. L-Ewkaristija hija s-siegћa ta’ Ġesщ gћax hi is-siegћa tal-laqgћa li seћћet, fejn il-Maћbub ta’ L-Gћanja fl-aћћar jiltaqa’ mal-maћbuba billejl. L-Ewkaristija hi Ġesщ preżenti fostna. Mingћajr dawn l-ideat, jekk ma nifhmux x’inhu memorjal, jiġifieri isir preżenti mill-ġdid u hu u l-Gћid tiegћu, ma nifhmu xejn mill-Ewkaristija.Illum, gћall-grazzja ta’ Alla, it-teoloġija gћallimhom ċar dawn il-punti. L-enċilika ‘Ecclesia de Eucharistia’ li fil-parti teoloġika mhux ћlief ġabra tat-tagћlim ta’ l-aћћar erbgћin sena ta’ teoloġija biblika u spekulattiva, ġiebet gћad-dawl dan kol
lu. Niġbdu xi konklużjonijiet::1.
Jekk l-Ewkaristija hija l-memorjal, mhux biss tifkira, imma inġeddu l-istorja tal-maћbub, l-istorja ta’ l-istejjer, il-Veru protagonista ta’ l-ewkaristija ma jistax ikun il-bniedem gћax il-bniedem jista’ biss jiftakar l-imgћoddi, Alla biss jista’ jagћmel il-memorjal. Tifhmu d-differenza? Aћna nistgћu biss immorru fil-passat bin-nostalġija,bid-dmugћ eċċ. Alla biss jista’ jagћmel preżenti dal li seћћ darba gћal dejjem. Il-veru protagonista tal-memorjal hu l-Ispirtu, ir-Ruah, pneuma, l-Ispirtu tal-veritа jew tal-fedeltà. Mela biex jiċċelebra l-Ewkaristija saċerdot irid ћalli l-Ispirtu jimlieh.2.
X’gћamel Ġesщ f’dik il-lejla? Ħa l-ћobż, qasmu u wara li qal il-barka tah lid-dixxipli, ћa l-kalċI tal-Patt, qal il-barka u tahulhom biex jixorbu. Gћalhekk aћna ngћidu li l-materja ta’ l-Ewkaristija hija il-Ħobż u l-Inbid. Veru imma mhux eżatt., nieqsa gћax Ġesù ma gћażilx biss il-ћobż u l-inbid, Ġesů gћażel ġest, azzjoni mhux oġġett. Il-ћobż maqsum wara l-barka ifisser il-qsim tal-ћajja,il-kalċI jfisser id-destin tal-bniedem:”Gћandkom ћila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien? Hu d-destin tat-tbatija.Hekk Ġesù jagћ
żel azzjoni bћala materja tas-sagrament u dan ifisser li l-Ewkaristija, hi ġrajja ta’ l-Ispirtu s-Santu hi fl-istess ћin ġrajja li taћlaq il-Komunjoni, il-qsim tal-ћajja bejnu, il-maћbub, u bejna, il-maћbubin. L-Ewkaristija hi l-post tal-laqgћa u gћalhekk il-post tal-Knisja. Araw it-tieni punt. Il-Knisja li titwieled mill-Ewkaristija hi l-Knisja ta’ l-imћabba. Jew nifhmu dan jew jew ma nifhmu xejn. Il-Knisja mhix strutturi, mhix organizzazzjoni, …Jekk il-Knisja mhix gћaqda fl-imћabba, fl-Ispirtu s-Santu, titbiel u tmut. Hi l-Knisja ta’ l-agape, mhux tsl-burokrazija, hi misteru ta’ l-imћabba tant li fl-ewwel żminijiet l-Ewkaristija kient agape, jew imћabba.U tafu liema kelma hi oћt agape? Egon li tfisser agone, agonia. L-imћabba tgћix fit-tbatija, fit-taqbida, taqbida biex tћobb kif ћabb Ġesщ
". Mela l-Knisja mhix romantiċiżmu, imma taqsam ћajtek, taqsam it-tbatija tal-maћbub, tixrob il-kalċi ta’ Ġesщ, tkun ћaġa waћda miegћu filli tћossok maћbub minnu imma wkoll taqsam miegћu l-agunija, tћallas il-prezz ta’ l-imћabba.3.
X’jagћmel Ġesщ fl-aћћar ikla? Jaћsel saqajn l-Appostli, joqgћod hemm u jaqdi. Skond l-eżiġeżi ta’ S. Luqa, wara dawn ir-rakkonti hemm il-kantiċi tal-Qaddej ta’ JHWH, li fihom il-Messija jiġi preżentat kif jgћid Zolli, bћala l-Messija abbandunat, imsallab. Ħbieb, tinsewx, l-Ewkaristija hi t-testment ta Alla li wasal biex imut gћalina. L-Ewkaristija u s-salib ma jinfirdux, it-tbatija tal-maћbub hi l-ћajja ta min hu maћbub u bil-maqlub. Meta Ġesщ jistieden lil min jixrob mill-kalċI, hu jrid ifehmna li s-sejћa tal-komunjoni, li hi s-sejћa tal-Knisja, hi dik tal-qadi. Il-Knisja hi l-ġisem mogћti, id-demm imxerred; il-Knisja ma teżistix gћall-ġieh tagћha. Jekk inhi l-Knisja Ewkaristika, din teżisti gћall-glorja ta’ Alla u gћas-salvazzjoni tal-bnedmin.Hemm innamorat tal-Knisja jisma San ~
irillu ta’ Lixandra li jgћid , attenti u aћsbu u qabel niskandalizzakom, aћsbu: “Irrid inkanta innu ta’ mћabba gћall-mewt tal-Knisja”. Kif, int tћobb il –Knisja u tridha mejta? “Iva”, gћaliex biss meta l-maћbuba tmut gћall-maћbub, tasal il-milja tas-saltna ta’ Alla”. Irid jgћid li l-vokazzjoni tal-Knisja mhix dik li tafferma ruћha, imma dik li tisparixxi gћax tћobb, biex hekk tiġi s-saltna ta’ Alla.Il-Missirijiet tal-Knisja jitkellmu fuq il-Knisja bit-tixbiha tal-qamar, gћaliex il-qamar ma jiddix bid-dawl tiegћu, fil-lejl tad-dinja tilqa’ u tagћti lura d-dawl. Din hi l-Knisja, ix-xemx hi Kristu, il-Knisja l-qamar. U jkomplu: Il-qamar jikber fil-Knisja li tћabbar il-Kelma ta’ Alla fil-lejl tad-dinja. Il-qamar kwinta hi l-Knisja li tiċċelebra l-Ewkaristij
a, id-dija tal-maћbub, il-laqgћa tax-xewqa. U l-qamar nieżel hi l-Knisja li tintemm fil-lejl ta’ l-imћabba. Il-glorja tal-Knisja mhux li tkun imfaћћra mis-setgћana, mhix il-Knisja li timxi fuq il-loġika tal-kbar skond id-dinja,….Il-glorja tal-Knisja tinsab filli tmut gћax tћobb, gћax taqdi. Il-Knisja hi l-poplu tal-qadi.4
Nagћlaq b’karatteristika oћra, id-dimensjoni eskatoloġika. Meta Ġesщ jgћid,” Tassew ngћidilkom li ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li dan nixorbu ġdid fis-saltna ta’ Alla” (Mt. 14, 25) jagћtina appuntament gћall -ġenna. L-Ewkaristija ġġib l-gћada ta’ Alla fil-present tal bniedem, hi l-ћmira ta’ l-eternitа, il-mediċina kontra l-mewt (farmakon atansias).Fiż-żminijiet tan-nofs f’ћ
alq il-mejtin kien jitqiegћed il-ћobż tal-ћajja gћaliex kien il-vjatku, il-bukkun li akkunpanjah fil-lejl u jiżgurah mill-fedeltà tal-maћbub; hi s-siegћa ta’ l-imћabba. Mela l-Ewkaristija hija li dduq minn issa l-ferћ li ma jintemmx.Tgћix bl-Ewkaristija jfisser tgћix bit-tama. Knisja Ewkaristika, raġel, mara ewkaristika li ma jkollhiex it-tama , hija ċ-ċaћda ta’ dak li hi l-Ewkaristija.Nikkonkludi: l-Ewkaristija fl-erba’ dimensjonijiet tagћha:
Dimensjoni pneumatoloġika.Dimensjoni kontemplativa.
Dimensjoni Kristoloġika, komunjonali, ekklesjali.
Dimensjoni tas-servizz djakjonali.
Dimensjoni eskatoloġika tat-tama.
L-Ewkaristija bћala laqgћa ma’ l-Ispirtu, gћaqda ma’ Kristu u mal-Knisja, qadi sa l-gћoti tiegћu innifsu, tћabbira tal-festa tas-saltna, hi l-post fejn jiltaqgћu x-xewqa ta’ Alla u x-xewqa tal-bniedem fis-siegћa li fiha Kristu jsir preżenti gћalina.
Nota. Dan kien meћud minn reġistrazzjoni awdju u nżamm l-istil ta’ taћdita bla ma ġiet riveduta jew korretta mill-awtur. Tneћћew dawk ir-riferenzi mill-kitba tar-regola li Mons. Delle Nocche kiteb gћall-kongregazzjoni tiegћu.
Maqlub gћall-Malti minn Dun Ġorġ Mangion
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa