Storja tal-Chorus Urbanus (in Maltese)

The Chorus Urbanus in 1976 in St George's Basilica. Rev Fr Joseph Gauci can be seen first from the left.

Il-Chorus Urbanus twaqqaf fil-Bazilika ta’ San Gorg tal-Belt Victoria fis-sena 1975. L-ewwel dehra ufficcjali tieghu kienet waqt il-Quddiesa Solenni ta’ Nofs il-Lejl tal-Milied ta’ dik is-sena meta gie mwaqqaf u mghammed bl-isem "CHORUS URBANUS". F’din il-lejla storika ghall-Parrocca ta’ San Gorg, billi kien l-ewwel kor imwaqqaf f'din il-Bazilika, il-Fundatur tal-Kor, Dun Guzepp Gauci, li kien ukoll l-ewwel direttur, ghamel introduzzjoni qasira minn fuq l-ambone. Il-parruccani kollha prezenti fil-knisja ghac-celebrazzjoni tal-Lejl Imqaddes tal-Milied laqghu bil-ferha din l-ahbar. Il-migemgha applawdiet billi l-assenza ta’ kor fil-Parrocca kienet ilha tinhass.

Il-Chorus Urbanus sa mill-bidu nett tat-twaqqif tieghu, kien kompost minn nisa u rgiel (SATB). Ghalkemm kull bidu hu difficli u iebes, b’danakollu mill-ewwel wera il-Kor li kien ser jirnexxi u jimxi ‘l quddiem. Dun Guzepp Gauci sab ghajnuna siewja f’Joseph Bezzina, l-organista tal-Bazilika ta’ San Gorg. Bezzina kien strumentali fit-twaqqif tal-Kor kif ukoll fit-thejjija u l-kuncerti tal-membri. Hu sahansitra kkompona bosta xoghlijiet li kienu u ghadhom jigu nterpretati mill-Kor. Is-sehem ta’ Joseph Bezzina baqa’ jinhass matul is-snin sa meta miet fis-sena 1998.

In-numru ta' servizzi li wettaq il-Kor fil-Bazilika ta' San Gorg hu bla ghadd kemm dawk li huma ta' natura komuni kif ukoll dawk specjali u solenni. Il-Kor kanta f'kull okkazjoni u samma lehnu waqt Pontifikali, Koncelebrazzjonijiet Solenni, festi primarji u sekondarji, tifkiriet specjali u okkazjonijiet ohra li kienu jigu organizzati fil-Parrocca minn zmien ghall-iehor.Ta' min isemmi l-partecipazzjoni tal-Kor waqt akkademji, zjajjar ta' nies prominenti bhalma huma Isqfijiet u Kardinali, quddies ta' sacerdoti novelli, festivals u mitt attivita ohra. Il-Kor huwa msemmi wkoll ghall-kuncerti klassici ta' muzika sagra li wettaq fil-Bazilika ta' San Gorg bil-partecipazzjoni ta' solisti Ghawdxin, Maltin kif ukoll barranin.

Mal-hatra ta' Mons Guzeppi Farrugia bhala arcipriet tal-Bazilika ta' San Gorg fi Frar tal-1998, il-Chorus Urbanus ma baqax jigi mitlub jaghti s-servizz tieghu f'din il-Bazilika, servizz li dejjem ta dizinteressatament, bla ebda interruzzjoni sa minn meta twaqqaf fl-1975. Dan sar sabiex postu jiehdu l-Kor l-iehor tal-Bazilika, il-Kor Laudate Pueri, kor li kien twaqqaf originarjament bhala kor tat-tfal mill-istess Mons Guzeppi Farrugia meta kien ghadu seminarista fl-1976. Sal-lum il-Chorus Urbanus ghadu qed jigi eskluz minn kull attivita' li ssir fil-Bazilika, inkluzi celebrazzjonijiet privati bhalma huma tigijiet u funerali. It-tama ta' kull parruccan Gorgjan hi li l-Chorus Urbanus jerga' jsib postu fil-Bazilika, il-post fejn twieled u kiber.

Matul il-hajja tieghu l-Kor ghadda minn tlett idejn li kollha stinkaw u ghamlu minnu kor tajjeb u dixxiplinat li bil-kant hlejju u armonjuz tieghu paxxa lil kull min semghu. Bhala l-ewwel direttur insibu lir-Rev. Dun Guzepp Gauci, sacerdot mill-Parrocca. DunRuma 1977 quddiem l-Arcibazilika ta' San Gwann Lateran. Guzepp fehem mill-ewwel il-bzonn u l-utilita ' ta' dan il-kor u ghalhekk ma ddejjaq xejn jidhol ghalih bi spirtu u inizjattiva kbira. Taht id-direzzjoni tieghu l-Kor ra t-Twelid tieghu, l-ewwel dehra f'Malta u anke barra minn pajjizna, fl-Italja. It-tieni direttur kien Mro. Joseph Bezzina li ha t-tregija u r-responsabbilta` tal-kor hekk kif Dun Guzepp reha t-tregija f'Novembru tas-sena 1978. Bezzina xejn anqas minn ta' qablu stinka biex izomm il-Kor fuq saqajh u jsahhu. Taht id-direzzjoni tieghu l-Kor deher ukoll ghall-ewwel darba fuq it-Televizjoni Maltija waqt programm tal-Gimgha Mqaddsa tas-sena 1979. Fis-sena 1980, ghal darb' ohra, il-Kor bidel id-direzzjoni. Din id-darba il-Kor gie afdat f'idejn Mro. John Galea. Joseph Bezzina baqa' jokkupa l-post ta' Assistent Direttur u Organista tal-Kor, pozizzjoni li baqa' jzomm sas-sena 1998 meta tilef hajtu tragikament.

Taht id-direzzjoni ta' Mro. John Galea l-Kor kompla fit-triq tal-progress u dahal go fazi avvanzata ta' kant impenjattiv u elaborat. Beda jiehu sehem f'kuncerti ta' certa klassi u kwalita u beda jgawdi stima u reputazzjoni tajba. Beda jigi mpenjat f'okkazjionijiet prestigjuzi. Taht id-direzzjoni ta' Mro. John Galea il-Kor halla x-xtut Maltin erba' darbiet u ta serati ta' kant fl-Italja, l-Ingilterra, il-Bulgarija, l-Ungerija u fl-Awstrija. Taht id-direzzjoni ta' Mro. Galea il-Kor kanta ma' orkestri u baned lokali u barranin kif ukoll qata' tlett CD's.

Il-Chorus Urbanus, sa mill-bidu tat-twaqqif tieghu, wera bic-car li hu forza muzikali destinata li twassal lehenha mhux biss fil-Parrocca ta' San Gorg fejn twieled, izda f'postijiet ohra ta' Ghawdex u Malta sahansitra barra x-xtut Maltin ukoll. Insibu li l-Kor, sentejn biss mit-twaqqif tieghu, impenja ruhu fl-ewwel safra, jigifieri fis-sena 1977. F'din l-okkazjoni, il-Kor inghaqad mal-Banda Cittadina La Stella tal-Belt Victoria fil-mawra taghha fl-Italja u l-Izvizzera. F'din l-okkazjoni l-Kor kanta fid-Duomo di Milano (13.08.77) fl-okkazjoni tal-400 sena tal-Konsagrazzjoni ta' dan it-tempju u fl-Arcibazilika ta' San Giovanni in Laterano, Ruma (15.08.77) waqt il-Quddiesa Konventwali ta' nhar Santa Marija.

Vatican 1990: Il-KOr ikanta fl-Aula Nervi waqt udjenza mal-Papa quddiem folla kbira ta' pellegrini.It-tieni safra tal-Kor kienet lejn l-Italja wkoll. Kien Awissu tas-sena 1990 meta l-Kor kiteb l-isbah pagna tad-deheb fl-istorja tieghu. Matul din iz-zjara fl-Italja l-Kor kanta fil-Bazilika Rumana ta' San Lorenzo in Damaso (5.08.90), fil-Bazilika ta' San Pietru nhar il-Festa tas-Salvatur (6.08.90) u fl-Awla Paolo VI (8.08.90) fejn kanta ghall-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu II li tlett xhur qabel kien ghamel zjara lil Ghawdex.

It-tielet safra kienet fl-Ingilterra, f'Nottingham f'Settembru tas-sena 1996, Il-Chorus Urbanus organizza ' exchange visit' mat-Thoresby Colliery Brass Band ta' Edwinstowe, Nottingham. F"din iz-zjara f'art Ingliza l-Kor semma lehnu kemm wahdu kif ukoll akkumpanjat mit-Thoresby Brass Band f'Worksop College, f'St. Joseph Catholic Church f'Ollerton waqt il-quddiesa principali tal-Hadd filghodu, fis-Sala tat-Thoresby Welfare Centre f' Edwinstowe, is-sede tal-Brass Band u fis-St. Barnaba's Cathedral ta' Nottingham.

Ir-raba' safra tal-Kor kienet dik lejn Sofia fil-Bulgarija f'Settembru tas-sena 1999. Din kienet safra kompletament differenti mill-ohrajn. L-ghan ewlieni kien ir-recording ghal zewg CD's. Saru sessjonijiet ta' recording fi Studio I tan-National Bulgarian Radio mas-Sofia Symphonic Orchestra li kienet taht id-direzzjoni ta' Mro John Galea. Gew irrekordjati "Messe Leggera" ta' Nicolo' Isouard u l-poema sinfoniku "Ggantija", muzika ta'Mro. John Galea nnifsu bbazata fuq il-poema ta' Gorg Pisani. Il-Kor kanta wkoll fil-Knisja Ortodossa ta' Santa Nedelya f'Sofia u fil-Knisja tat-Twelid ta' Marija Santissma fil-Monasteru ta' Rila.

Bejn l-1 u t-8 t’Awissu 2001, il-Chorus Urbanus ghamel il-hames mawra korali tieghu f’art barranija meta ha sehem f’hames kuncerti fil-bliet ta’ Budapest, Szentendre u Vjenna. Il-Kor kien il-mistieden tas-St Anthony Choir, kor minn Budapest li ha hsieb fassal programm interessanti ta’ attivitajiet u zjajjar kulturali. Il-kulminu ta’ din il-mawra kienu l-kuncert li sar fil-Malteserkirche fi Vjenna u dak f’St Stephen’s Bazilika f’Budapest.

Il-Chorus Urbanus hu Kor li kiseb reputazzjoni mhux biss bis-servizzi li fihom ha sehem izda wkoll bil-kwalita` ta' repertorju li rnexxielu jesegwixxi matul il-25 sena ta' l-ezistenza tieghu. Barra li kanta f'bosta knejjes ta' Ghawdex u Malta waqt servizzi liturgici, insibu lill-Kor jiehu sehem f' okkazjonijiet ta' unur u prestigju. Kanta fit-Teatru Manoel tal-Belt Valletta fejn kien il-kor waqt " concert version" ta' l-opra Cosi Fan Tutte (12.06.91). Kanta wkoll f'repeat performance ta' din l-opra f'serata li saret fi Pjazza Annunzjata f'Tas Sliema (14.06.91) waqt l-edizzjoni tal-Maltafest '91, Fit-23 u 25 ta' Awissu 1991 kien il-Kor ta' l-opra Don Giovanni li giet ipprezentata fil-berah fil-Pjazza tal-Katidral ta' l-Imdina. Il-Kor ta kuncert fil-Kazin Malti fil-Belt Valletta (21.06.93) organizzat mill-Malta Cultural Institute (21.06.93). Fis-7 ta' Marzu 1999 il-Kor esegwixxa revival tal-Missa Leggiera ta' Nicolo` Isouard waqt l-ewwel edizzjoni tal-Manoel Theatre Opera Festival. Il-concert sar fis-St. Paul's Anglican Co-Cathedral fil-Belt Valletta. Il-Kor kien afdat bil-Kuncert tal-25 Sena ta' Malta Repubblika (5.12.99) li sar fis-Sala tal-Mediterranean ghall-Konferenzi fil-Belt Valletta taht il-presidenza ta' l-E.T. Prof Guido de Marco, President ta' Malta u li ghalih attendew diversi mistednin distinti u membri tal-korp diplomatiku. F'din l-okkazjoni, il-Kor kien akkumpanjat mill-Orkestra Nazzjonali taht id-direzzjoni ta' Mro. John Galea. Dan il-kuncert ixxandar fuq l-istazzjon Nazzjonali Televiz Malti (TVM).

Il-Kor kanta wkoll fil-Kuncert tal-25 Sena ta' Malta Repubblika li sar fil-Bazilika ta' San Pietru u San Pawl fin-Nadur (9.12.99) bis-sehem ta' l-Orkestra Nazzjonali u fil-Bazilika ta' Marija Bambina tax-Xaghra (17.12.99) meta giet esegwita ghall-ewwel darba f'Ghawdex il-Coronation Mass ta' Wolfgang Amadeus Mozart taht il-patrocinju tal-E.T. Prof Guido de Marco, President ta' Malta. Nhar l-1 ta’ Lulju 2001, waqt il-celebrazzjoni ta’ prima messa ta’ sacerdot novell, il-Kor esegwixxa ghall-ewwel darba il-quddiesa grandjuza "Santa Cecilia" ta’ Charles Gounod.

Bosta kienu l-okkazjonijiet li fihom il-Kor ha sehem bil-kant tieghu ma' baned Ghawdxin kif ukoll Maltin u f'serati kulturali ohra mtella' bi skop filantropiku. F'dawn l-ahhar ghaxar snin, il-Kor zamm l-appuntament tieghu ma’ l-ahhar tlett Presidenti tar-Repubblika ta' Malta u ta kuncerti f'gieh l-E.T. Dr Censu Tabone fil-Palazz Verdala (19.08.90), f'gieh l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici fil-Kappella tal-Palazz ta' San Anton (23.02.97) u f'gieh l-E.T. Prof Guido de Marco fil-Gonna Privati tal-Palazz San Anton (18.06.2000).

Il-Chorus Urbanus ha sehem f'bosta kuncerti prestigjuzi akkumpanjat minn orkestri u kantanti maghrufa. Il-Kor ha sehem ma' l-Orkestra tat-Teatru Manoel, l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta, l-Orkestra Europhilarmonica ta' Firenze taht id-direzzjoni ta' Mro. Ottavio Terreni, it-Thoresby Colliery Brass Band taht id-direzzjoni tas-Surmast Stan Lippeat u s-Sofia Symphonic orchestra tal-Bulgarija taht id-direzzjoni ta' Mro. John Galea. Il-Kor kanta wkoll spalla ma' spalla ma' solisti ta' fama kemm Maltin kif ukoll barranin.

Il-Chorus Urbanus, il-Kor tal-Belt, gibed lejh l-ammirazzjoni ta' kull min semghu mhux biss Ghawdxin u Maltin, izda wkoll barranin, Inghaqdu mieghu mhux biss nies mill-parrocca fejn twieled u kiber, izda ohrajn minn parrocci u rhula ohra ta' Ghawdex. Ghazluh biex ikun il-kor taghhom anke bosta barranin li kienu ghall-zjara fit-tul f'Ghawdex u siehbuh fil-kant tieghu. Il-Chorus Urbanus xettel, kabbar u xerred l-arti muzikali b'dehen u impenn, hidma li ssarfet f'sodisfazzjon u successi.

Il-Chorus Urbanus illum - Ritratt 2005



 


 

 


HISTORY
Hosted by www.Geocities.ws

1