Ahjar Kelma Inqas Milli Zejda

Jekk taqra l-kitbiet li johorgu fil-website tal-Parrocca ta' San Gorg wara kull kuncert li jaghmel il-Chorus Urbanus, dejjem ghandek issib li tali kitba ma tkunx hierga verament mill-qalb u fuq kollox ssib ukoll tghawwig insidjuz tal-fatti.

Fil-kitba li dehret l-ghada tal-Kuncert tal-Milied, fuq il-website tal-parrocca, jigifieri nhar is-Sibt, 23 ta' Dicembru 2006, wiehed isib accenn li kienu t-temp sabih u d-dekorazzjonijiet fit-toroq li ggwidaw lin-nies biex imorru fit-Teatru Astra ghall-Kuncert tal-Milied li ttellgha mill-Chorus Urbanus. Nahsbu li l-Arcipriet kellu kemm-il prova li kull darba li l-Chorus Urbanus tellgha xi kuncert, dan dejjem kien ippatronizzat b'mod massiv u dan ghas-semplici fatt li llum l-gurnata, l-pubbliku jaf li dawn il-kuncerti dejjem ikunu ta' livell artistiku gholi. In-nies saru jafu jaghzlu t-tajjeb mill-medjokri u l-kuncert fit-Teatru Astra ma kienx eccezzjoni!

Kumment iehor li kien zejjed u intiz biss biex jew jipprovoka jew biex imewwet il-kuxjenza  tal-ghemil passat tal-Arcipriet, kien dwar l-"indipendenza" li allegatament kien talab il-Kor stess. Tajjeb li niftakru li l-Chorus Urbanus kien ghamel minn kollox u ssielet kemm seta' biex izomm postu b'dinjita' fil-Bazilika ta' San Gorg. Pero' kien hemm min kellu kull interess li dan ma jsehhx. Kien l-Arcipriet Mons. Guzeppi Farrugia li kien verament strumentali sabiex il-Kor taghna jitwarrab mill-Bazilika. L-uniku toroq li l-Arcipriet halla miftuha quddiemna kienu jew dik tal-umiljazzjoni u diskriminazzjoni sfaccata jew dik ta' l-awtonomija. Minn dawn l-avvenimenti ghad ma ghaddiex hafna zmien u min kien involut verament 'super partes' fil-kwistjoni jaf li dejjem konna fuq in-naha tal-verita', il-gustizzja u l-konsistenza fit-talbiet taghna fir-rigward tas-servizzi assenjati fil-Bazilika. U dan sar minkejja li l-Arcipriet kien konxju tal-fatt li l-membri tal-Kor kienu ser jispiccaw bla parrocca! Minn meta l-Chorus Urbanus kien imgieghel jaghzel it-triq imposta tal-awtonomija qatt ma hares lura u baqa' miexi fuq ix-xoghol tieghu. Ghalhekk ma nistghux nifhmu kif haddiehor ghadu jippersisti biex joskura l-operat taghna.

Nahsbu li min ma jiflahx ahjar joqghod id-dar bi kwietu halli ma jisma' xejn. Jinkitbu hafna affarijiet fuq il-website izda b'daqshekk mhux ser tistrieh dik il-kuxjenza li tkun ittaqqlet b'ghemil diskriminatorju u skorrett. Il-hazin jibqa' dejjem hazin, jaghmlu min jaghmlu!

 

CHORUS URBANUS


Your Opinion : main menu


 


 

 


NEWSLETTER
Hosted by www.Geocities.ws

1