In-Nazzjon, 6th June 2005 
Tifkiriet tal-Papa Gwanni Pawlu II

Sur Editur,

IRĊEVEJT il-harġa tan-newsletter April-Gunju 2005 tal-Chorus Urbanus li fiha tispikka ż-żjara li dan il-kor maghruf Ghawdxi kien ghamel f'Ruma akkumpanjat mill-Arcipriet Mons. Salv Borg, u li matulha kien kanta waqt 1-udjenza ġenerali li 1-Papa jaghmel ta' kull nhar ta' Erbgha fis-Sala Pawlu VI, is-sala mo-numentali ddisinjata mill-Perit rinomat Taljan Nervi.

Kien 1-Erbgha 8 ta' Awissu 1990 li 1-kor ha sehem fl-udjenza mmexxi mid-direttur tieghu Mro John Galea, fil-preżenza ta' Dr Alexander Cachia Zammit, 1-Ambaxxatur Malti ghas-Santa Sede, responsabbli minn din 1-okkazjoni unika. II-Chorus Urbanus kien intlaqa' ferm tajjeb, tant li 1-Papa kien irrimarka. "My greetings and thanks go to the Chorus Urbanus from Gozo in Malta. You have helped us lift our hearts and minds to God with your joyful singing".

L-Osservatore Romano, il-gazzetta uffiċjali tal-Vatikan, kienet tat prominenza lil din 1-udjenza, li fi tmiemha, il-Papa kien niżel jiltaqa' mal-membri tal-kor, li min-naha taghhom ipprezentawlu pittura ta’ l-artist zaghzugh Austin Camilleri. 'II-Madonna ta' Mejju' li nsibuha fil-Bażilika ta' San Gorg.

ll-Chorus Urbanus kanta wkoll fil-knisja tal-kanċellerija, il-Bażilika San Lorenzo in Damaso u fil-Bażilika ta' San Pietru nhar il-festa tas-Salvatur waqt il-quddiesa tal-5 p.m. b'tifkira tat-12-il anniversarju mill-mewt tal-Papa Pawlu VI.

Intant, dan il-kor, kif johroġ minn din in-newsletter ghadu kemm kien impenjat fil-Bulgarija fejn irrekordja fuq CD l-oratorio 'Il-Qalb ta' Ġesu' u 1-verzjoni Taljana 'II Cuore di Ġesu', librett ta' Mons. Isqof Nikol Cauchi u mużika ta' Mro. John Galea, li dderieġa s-Sofia Collegium Symphony Orchestra, bis-sehem tas-solisti Yvonne Galea (Sopran); Antonella Mercieca (Contralto); Jos. Aquilina (Tenur); Mario Portelli (Tenur); Alf. Camilleri (Baritnu); Noel Galea (Baxx), u Dimitar Penchov (Baxx).

Dan 1-oratorio ġie kkommissjonat lil Mro. John Galea mill-Kappillan tal-Fontana bi tħejjija ghall-festi ta' l-Ewwel Ċenti-narju mill-Konsagrazzjoni tal-Parroċċa tat-Triq ta' 1-Ghajn. L-ghan ewlieni ta' dan 1-oratorio hu li jibqa' mfakkar dan iċ-ċentinarju, li habat fis-sena Ewkaristika, biex ikompli dcjjem ikattar id-devozzjoni u 1-imhabba lejn il-Qalb ta' Ġesu u anke jservi bhala mezz ta' evanġelizzazzjoni. Minhabba f'hekk sar recording bil-lingwa Taljana li se jkun inciz fuq CD biex ikollu access internazzjonali u jkun jista' jintuża minn gruppi ta' talb madwar id-dinja. Bdejna bil-Papa 1-mejjet u nheġġukom tissuktaw tghinu finanzjarjament monument li sa jinbena fgiehu dalwaqt.

JOE M. ATTARD

Victoria


 

 

 

 


 

 


FROM THE PRESS
Hosted by www.Geocities.ws

1