| |
Oratorio
'prima'
Sur Editur,
Nhar
il-Ġimgħa, 10 ta' Ġunju, kont mistieden il-Fontana biex
nattendi ghall-Oratorio 'II-Qalb ta' Kristu' fis-Santwarju
Nazzjonali tal-Qalb ta' Ġesu fl-okkazjoni ta' l-ewwel 100
sena mill-Konsagrazzjoni tal-knisja u biex, fi kliem
il-Kappillan habrieki ta' hemmhekk, il-Kanonku Dun Ġorġ
Bezzina, tkompli tikber id-devozzjoni f'din is-sena
dedikata lill-Ewkaristija, lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesu.
Intant,
ghadd sabih ta' parruċċani u mistednin attendew għal biċċa
xogħol tassew artistika li ghandha kitba ta' l-E.T. Mons
Isqof Nikol Cauchi u mużika tal-bravu surmast John Galea
li anke dderieġa l-orkestra nazzjonali flimkien mal-Chorus
Urbanus fl-esekuzzjoni ta' dan l-Oratorio sabih u armonjuż
li reġa' sar il-Hadd fl-istess knisja. fis-7.30pm
fil-prezenza ta' l-Isqof Cauchi li nzerta msiefer matul l-ewwel
rappreżentazzjoni.
Intant,
iktar kmieni din is-sena, il-Chorus Urbanus, dejjem taht
it-tmexxija ta' Maestro John Galea, mar il-Bulgarija fejn
hemmhekk Mro. Galea dderieġa s-Sofia Collegium Symphony
Orchestra fl-esekuzzjoni ta' dan l-Oratorio biex seta'
jiġi rekordjat CD bil-verzjoni, wahda bil-Malti u ohra
bit-Taljan, biex ikun jista' jsir użu minnu, minn gruppi
ta' talb.
Flimkien
mal-kor hadu sehem is-solisti Joseph Aquilina (tenur),
Noel Galea (baxx), Yvonne Galea (sopran), Alfred Camilleri
(baritonu), Albert Buttigieg (baxx), Antonella Mercieca (kontralt)
u Mario Portelli (tenur).
Kopja
tas-CD tista' tinkiseb mingħand il-Kappillan tal-Fontana.
JOE M. ATTARD
Victoria, Għawdex
|