DJALOGU: LAJCI U KLERU
minn Anthony Gregory
Kemm Jezisti?
Bil-kemm naf x'naqbad nghid. GHad li ma tistax tghid li ma jezistix, id-djalogu bejn lajci u kleru x'aktarx li fejn jezisti qieghed fuq livell formali wisq. Ma tghidx li hemm xi hajt ta' Berlin bejniethom, imma mill-banda l-ohra, donnu li hemm cint li mhux dejjem facli biex taqbzu. Illum kullhadd jilmenta kemm hawn materjalizmu, sekularizmu, u ruxxmata ta' -izmi li donnhom qed jibieghdu n-nies mir-religjon, mill-knisja, kif ukoll mill-kuntatt mas-sacerdoti.
Fl-imghoddi
Mhux dejjem kien hekk. Xi zmien ilu r-religjon kienet aktar maghguna fil-hajja tal-Maltin. Mhux li ma kienx hawn min hu biered, u biered sewwa, imma ghall-maggoranza kbira tan-nies, ir-religjon u 1-knisja kellhom sehem kbir f'hajjithom. Is-sacerdoti, u b'mod specjali l-kappillan, kienu qishom parti mill-familja. Kullhadd idur maghhom, jilqaghhom. Is-sacerdot kien dak li jara kif jaghmel biex iwassal il-htigijiet tar-rahal u tal-parruccani lill-awtoritajiet; jipprova jsib ix-xoghol lil min m'ghandux billi jseffaq wiccu jittallab ma dak u ma' l-iehor; jaqra u jikteb l-ittri ghal min ma kienx jaf skola; fuq kollox jaghti l-pariri lil kull min jitolbu. Kien habib; wiehed tal-familja.
Dak kien zmien iehor
Dak iz-zmien ghadda, u ghadda sew. Il-bicca l-kbira tax-xoghol 'civiku' tal-kappillan (u tas-sacerdoti l-ohra) spicca f'idejn haddiehor, li fil-bicca l-kbira huwa aktar mharreg ghalih. Illum il-lajk huwa aktar konxju (jew minghalih li huwa aktar konxju) ta' x'inhuma dawk il-hwejjeg li ghandhom x'jaqsmu mal-knisja u dawk li m'ghandhomx. Is-sacerdot ghal qrar, biex jaghmmidlek u jzewwiglek it-tfal, ghal funerali, id-dutrina, l-quddies u daqshekk.
Il-kwistjoni politiko-religjuza tas-sittinijiet, li kienet ukoll naqqset hafna l-impatt tal-Kuncilju Vatikan II, li sar bejn wiehed u iehor fl-istess zmien, ghenet mhux ftit biex giebet is-sitwazzjoni li hawn il-lum. F'dak iz-zmien kienu hafna dawk li tbieghdu mill-knisja, u mill-kleru, u ghalkemm il-paci ilha li saret, dak li gara ma setghax ma jkollux l-effetti tieghu mhux biss fuq in-nies ta' dak iz-zmien, imma wkoll fuq it-tfal, u f'hafna kazi, t-tfal tat-tfal ta' numru ta' dawk li lahqu birdu jew li kienu diga bierda u b'hekk keshu ghal kollox. L-effett kien kumulattiv, u ta' l-lok sew ghas-sekularizmu li hawn illum. Ma kienx l-unika kawza: il-progress f'kull qasam u mhux anqas f'dak ta' komunikazzjoni kellu parti kbira wkoll, imma dan tista tghid sab is-sodda mifruxa.
U llum?
Mill-banda l-ohra, it-tigdid li gab mieghu il-Koncilju Vatikan II inhass, imma forsi mhux daqs kemm kien mixtieq. Is-sejha biex il-lajci jiehdu sehem aktar attiv fil-liturgija kif ukoll f'oqsma ohra nstemghet. Imma nghiduha kif inhi: f'kull parrocca, f'kull knisja, mhux dejjem l-istess nies tara bhala letturi, fl-ghaqdiet, fil-kunsill parrokkjali, ecc.? U dawn, meta mqabbla man-numru ta' nies fil-parrocca jew li jifrekwentaw dik il-knisja huma tassew ftit. Fejn in-nies, u l-aktar l-irgiel, jikkonkorru hu fil-kaz tal-festi, u dawn aktar ghax hemm 1-ideja ta' 'partit'. II-maggoranza kbira tan-nies, jigu (meta jigu) ghall-quddiesa tal-Hadd; u hafna huma li jigu fl-ahhar minuta jew wara li tkun bdiet il-quddiesa; waqt li hemm ohrajn li malli jasal dak il-mument fejn huma (u huma biss) jiddeciedu li l-quddiesa tkun spiccat, jitilqu sparati 'l barra qishom qed jibzghu li s-saqaf se jaqa' fuq rashom. Ma nies bhal dawn qajla jista' l-kleru johloq djalogu - lanqas biss jiddjalogaw mac-celebrant fil-quddiesa, ghax halqhom, meta jifthuh, biex ilabalbu ma' ta' ma' genbhom.
II-hsara tista' tissewwa?
Kif jista' jikber id-djalogu bejn il-kleru u l-lajci la darba jidher car li huma l-lajci li qeghdin jibnu l-hajt (jew ic-cint)? Rajna r-rizultat ta' l-ahhar censiment dwar l-attendenza ghal quddies: in-nies dejjem tonqos. Tghid jekk b'xi mod jew iehor jikber id-djalogu bejn il-lajci u l-kleru tizdied l-attendenza? U kif se nkabbruh jekk il-lajci jidhru li qed jaharbu minnu?
Semmejna l-kunsilli parrokjali. Dawn jistghu jintuzaw billi l-membri lajci jkollhom ix-xoghol specifiku li jaghmluha ta' pont, kull wiehed ma' numru specifiku ta' parruccani: jiehdu 1-fehmiet, suggeriment, ilmenti ta' l-ohrajn u jwassluhom ghand il-kappillan. U dan mhux darba jew tnejn, imma matul is-sena kollha. Sfortunatament, hafna kunsilli jiltaqghu anqas minn sitta jew seba darbiet fis-sena, u aktar donnha formalità: hafna diskors, u fatti ftit. Hafna drabi 1-membri tal-kunsill isir jafu dwar x'qed isir minghand nies ohra, ghax fil-kunsill ma jghidulhom xejn.
Hemm bzonn li tinhass aktar il-prezenza tal-kleru fil-parrocca: hafna sacerdoti jqaddsu l-quddiesa taghhom, forsi qabel l-ewwel gimgha tax-xahar issibhom ghal qrar, u daqshekk. Kullhadd ghandu xi xoghol barra l-parrocca (xoghol li m'ghandi l-ebda dubbju li hu siewi, imma li minnu l-parrocca m'hi qed tiehu xejn). Ezempju: spiss tisma b'gruppi tat-talb li qatt ma jkollhom sacerdot maghhom; m'ghandhomx bzonn xi daqsxejn direzzjoni minn sacerdot, imqar darba fix-xahar?
Hemm bzonn ta' djalogu anke fl-omelija tal-Hadd. Sacerdot habib tieghi jibda l-quddiesa billi fil-bidu jghid x'inhi t-tema, imbaghad waqt l-omelija jinzel fost in-nies b'cordless microphone jigbor 1-idejat. Wara jitla' fuq l-ambone, jaghmel rijassunt, u johrog taghlima - u dan kollu f'inqas minn ghaxar minuti. Lil hafna nies qed jinzlilhom ghasel, ghalkemm kwazi shabu kollha jghajruh pulcinell u mignun!
Hemm ohrajn li kif tispicca l-quddiesa jinzlu hdejn il-bieb ta' barra tal-knisja. Jiehdu b'idejn in-nies, jrringrazzjawhom talli gew, u jaqsmu xi kummenti qosra maghhom. Dawk li johorgu kmieni ma tilhaqhomx b'hekk, imma diz-zerriegha zghira qed taghti 1-frott taghha.
Naghlaq b'kelma ohra fuq ic-censiment. Il-quddies li fihom isir bhal ma semmejt fl-ahhar zewg ezempji, (u dawn ma kenux aktar minn tnejn), kellhom hafna aktar minn-nofs in-nies li attendew ghal quddies tal-Hadd kollu. Indizju li hemm lok ta' izjed djalogu?