Il-Mewt ta' Yves-Marie Congar OP

Christopher Caruana

Il-maghruf teologu Dumnikan Franciz Yves-Marie Congar miet nhar it-22 ta' Gunju 1995, fl-eta' ta' 91 sena, fi sptar ghall-anzjani f'Parigi, fejn kien ilu mill-1984.

Yves-Marie Congar kien wiehed mill-pijunieri ta' l-ekumenizmu Kattoliku u ta' kwazi r-riformi kollha tat-Tieni Koncilju Vatikan, u kien wiehed mit-teologi li I-aktar spikkaw f'dan is-seklu. Gwanni Pawlu II jistqarr fil-ktieb ricenti tieghu 'II Hemm mill-Ghatba tat-Tama kemm hu stess ihossu midjun ma' Congar.

L-izghar fost hames ahwa, twieled fit- 13 ta' April 1904 f'familja fqira fil-villagg ta' Sedan, Ardennes, fit-Tramuntana ta' Franza. Laqtuh il-personalitajiet ta' San Duminku u San Tumas t'Akwinu u beda n-novizjat mal-Ahwa Predikaturi fil--Kunvent ta' Amiens, fis-7 ta' Dicembru, 1925. Ghamel il-professjoni fit-8 ta' Dicembru 1926, u ghamel 1-istudji teologici f'Le Saulchoir, il-Belgju. Fost 1-ghalliema kellu lil P. M.D. Chenu u lil P. Mandonnet. Gie ordnat sacerdot fit-23 ta' Lulju 1930, u wara qatta' s-sajf fuq it-tezi tieghu dwar 1-Unita' tal-Knisja.

Minn hawn bdiet hajja twila dedikata lir-riflessjoni teologika ghas-servizz tal-knisja u tal-umanita'. Il-biblijografija tieghu hija mpressjonanti: bejn kotba u studji, ppublika 1,707 xoghlijiet. Fost I-ewwel minn dawn, ta' mportanza kbira nsibu Divided Christendom (1937) u Towards a Theology of the Laity (1953). Dan ta' l-ahhar ma kienx zmien facli; diversi teologi fosthom Chenu, Feffet u Boiselot gew iccensurati. Congar gie eziljat f'Gerusalemm. Wara ftit xhur issejjah ghal Ruma fejn qatta' xi xhur ohra, imbaghad gie eziljat f'Cambridge. 1zda deijjem obda, u ghamel uzu minn dan iz-zmien ghat-talb u ghal studju izjed profond.

FI-1961 intghazel bhala membru tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Koncilju. Mill-1962 sal-1965 ghamel ammont kbir ta' xoghol, fil-kitba u I-prezentazjoni tat-testi, spccjalment fil-Lumen Gentium, Presbyterorum Ordinis u Ad Gentes, kif ukoll sehem attiv fil-Gaudium et Spes, Dei Verbum, Unitatis Redintegratio u Dignitatis Humanae. Ghalkemm fl-1967 marad serjament, fit-tbatija kontinwa, xorta baqa' jaghti sehem kbir permezz ta' kitbiet ta' kwalita' ghoija hafna u ta' mportanza teologika kbira. Minhabba l-persistenza ta' paralizi, kellu jghix fl-isptar li fih miet, sa mill-1984. Fit-13 ta' April 1994, f'eghluq id-90 sena tieghu, il-Papa Gwanni Pawlu II habbar li nnomina lil Congar bhala Kardinal, kif sehh fil-Koncistorju tas-26 ta' Novembru 1994, ghalkemm Congar ma setax jattendi minhabba sahhtu.

Fil-priedka li ghamel fil-funeral ta' Congar, il-Majjistru ta' l-Ordni Dumnikan, Fr Timothy Radcliffe, semma "... les trois grâces de son existence ... ", li kien jghid li kien ircieva matul hajtu Congar stess. Dawn kienu, ii-hbiberiji li kien ghamel kenm dam bhala prigunier tal-gwerra fil-habsijiet ta' Colditz u Lubeck, 1-ishubija fl-Ordni Dumnikan u t-Tieni Koncilju Vatikan. Dawn il-mumenti ta' grazzja kienu mumenti ta' tbatija, imma kif qal Fr Timothy, kienet tbatija ttrasformata f'komunita' u ghall-ghaqda, "li jkunu lkoll haga wahda". Fiz-zmien li ghadda bhala habsi f'Berlin, hu ghallem u ppriedka fuq il-liberta' u kontra n-Nazismu b'mod miftuh, hekk li ntbaghat f'postijiet aghar, bhal Colditz u Lubeck.

Meta sar Dumnikan, f'Le Saulchoir Congar sar parti minn komunita' intellettwaii, li 1-karatteristika taghha m'hijiex li tinghalaq fi studju solitarju izda li fiha l-ahwa jitghallmu jaghtu u jircievu. Yves bata hafna meta kien ic-centru ta' hafna suspetti mill-Kurja Rumana. Meta kien ghadu 1-habs fil-Germanja, kien diga sama' bil--kundanna tal-ktieb ta' Chenu Le Saulchoir, une école de théologie. Biex izzid ma dan kollu, fl-1936 diga kien marad bil-marda li baqghet mieghu sal-ahbar. Forsi ghal Congar, 1-ikbar grazzja kien il-Konciljuu. Sa mill-bidu tax-xoghol intellettwali tieghu kien studja temi li kienu centrali anki ghall-Koncilju, bhal-Lajci, 1-ghaqda fost l-insara u r-riforma tal-Knisja. Fl-1950 deher ix-xoghol Vraie et fausse riforme de l'Eglise, u fl-1953 Jalons pour une theologie du laicat. Ix-xoghlijiet kollha tieghu huma ttimbrati bi spirtu ta' mhabba qawwya ghall-Knisja ta' Gesu' Kristu. Kif kiteb hu stess meta sar Kardinal, il-Knisja, u 1-misteru taghha kienu kollox ghalih bhala nisrani u bbhala teologu. Kienet din 1-imhabba li gaghlitu jahdem bla heda ghall-ghaqda fis-Saltna.

Ghal bidu, dan ix-xoghol gablu biss kundanna u izolament. Izda kien jaf 1-istorja bizzejjed biex jaghraf li l-Knisja tasal ghal dwal godda hafna drabi wara rezistenza qawwija, u kellu fidi bizzejjed biex jaghraf li l-Ispirtu eventwalment iwassal il--bniedem lejn il-Verita'. "Ma résistance ne peut consister qu'en ceci, ne jamais lâcher mon service de la Vérité".

Il-frott seta' jinhasad mall-Koncilju. Il-Koncilju kien esperjenza hajja tal-komunjoni, Knisja wahda mmexxija mill-Ispirtu. Forsi Congar xtaq grazzja ohra .... it-talba ta' Gesu', 'ut unum sint". Nistghu nghidu li t-teologija kollha ta' Congar hija ekumenika. Ir-raba' grazzja kienet tkun din, 1-ghaqda fost l-Insara, haga li hass bhala missjoni personali tieghu. Illum huwa jaqsam fil-ferh tal-Mulej..... Jiena wkoll, is-sebh li tajtni tajthulhom, biex ikunu haga wahda, bhalma ahna haga wahda. Jiena fihom u inti fija, biex ikunu ghal kollox haga wahda, biex taghraf id-dinja li inti bghattni u li jien habbejthom bhalma int habbejt lili (Gw. 17: 23-24).

Hosted by www.Geocities.ws

1